APOKALISSI 22 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 22

1Imbagħad l-anġlu wrieni x-xmara tal-ilma tal-Ħajja, ċara daqs il-kristall, tgelgel mit-tron ta’ Alla u tal-Ħaruf.

3Ebda saħta ma jkun hemm iżjed. Fiha jkollha t-tron ta’ Alla u tal-Ħaruf, u l-qaddejja tiegħu jaqduh,Il-miġja ta’ Kristu

6Imbagħad qalli: “Dawn il-kelmiet huma minnhom u ta’ min joqgħod fuqhom: il-Mulej stess, Alla tal-ispirti tal-profeti, bagħat l-anġlu tiegħu biex jgħarraf lill-qaddejja tiegħu bil-ħwejjeġ li għandhom jiġru dalwaqt.

8Kont jiena stess, Ġwanni, li smajt u rajt dawn il-ħwejjeġ kollha. U, wara li smajthom u rajthom, inżilt quddiem l-anġlu li wrihomli biex nagħtih qima f’riġlejh,

14“Hienja dawk li jaħslu lbieshom, sabiex ikollhom is-setgħa fuq is-siġra tal-Ħajja u jidħlu fil-Belt mill-bibien.Għeluq

16“Jien, Ġesù, bgħatt l-anġlu tiegħi ħalli jixhdilkom dawn il-ħwejjeġ dwar il-knejjes. Jiena r-Rimja tal-familja ta’ David, il-Kewkba tiddi ta’ filgħodu.”

17L-Ispirtu u l-Għarusa jgħidu: “Ejja!” Min jisma’, ħa jgħid: “Ejja!” U min hu bil-għatx, ħa jiġi, ħa jieħu b’xejn min irid l-ilma tal-Ħajja.

18Jiena nwissi lil kull min jisma’ l-kelmiet tal-profezija ta’ dan il-ktieb: jekk xi ħadd iżid magħhom, Alla jixħet fuqu l-kastigi msemmijin f’dan il-ktieb;

20Min qiegħed jagħti xhieda ta’ dawn il-ħwejjeġ jgħid: “Iva, jien dalwaqt ġej!” Hekk ikun. Ejja, Mulej Ġesù!

21Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù tkun ma’ kulħadd! Ammen.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help