ĠUDITTA 14 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 14Il-parir ta’ Ġuditta

1Ġuditta mbagħad weġbithom: “Isimgħuni, ħuti, ħudu din ir-ras u dendluha maċ-ċinta tas-swar tagħkom.Konfużjoni fil-kamp tal-Assiri

11Malli sebaħ, dendlu ras Oloferne mas-sur; u mbagħad l-Iżraelin, kull wieħed bl-armi f’idejh, ħarġu qatgħa qatgħa u marru fil-mogħdijiet mnejn titla’ għall-belt.

12Malli l-Assiri rawhom, bagħtu għall-kmandanti tagħhom, u dawn ġabru l-kapijiet, il-kaptani, u l-fizzjali l-oħra kollha.

13Ġrew ukoll lejn it-tinda ta’ Oloferne u qalu lil dak li kien jeħodlu ħsieb ħwejġu: “Qajjem lil sidna, għax dawk l-ilsiera kellhom il-wiċċ jinżlu jitqabdu magħna, ħa neqirduhom darba għal dejjem.”

14Baguwa daħal u ħabbat mal-purtiera tat-tinda ta’ ġewwa għax ħaseb li Oloferne kien għadu rieqed ma’ Ġuditta.Mħ 3,24-25.

15Billi ħadd ma wieġeb, ġerra l-purtiera, daħal fejn kien rieqed sidu u sabu mixħut fuq banketta, mejjet u bla ras!

16Għajjat għajta kbira, jibki u jolfoq, jixher u jċarrat ħwejġu.Ġen 37,29.

17Imbagħad mar fit-tinda fejn kienet toqgħod Ġuditta, u ma sabhiex hemm. Minn hemm ħareġ jiġri jgħajjat lejn in-nies tiegħu:

18“Dawk l-ilsiera daħku bina! Dik il-mara Lhudija weħidha ġiebet l-għajb fuq dar Nabukodonosor! Araw, Oloferne minxur mal-art bla ras!”Mħ 9,54; Ġdt 13,15; 16,5-9.

19Kif il-kapijiet tal-eżerċtu tal-Assiri semgħu dal-kliem, ċarrtu ħwejjiġhom u ma baqgħetx ruħ fihom; u f’nofs il-kamp ma kienx hemm ħlief għajjat u twerżiq.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help