DEWTERONOMJU 26 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 26Il-bikri u l-għexur

1“Meta tidħol fl-art, li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik b’sehmek, u teħodha f’idejk, u tgħammar fiha,, jiġġerra minn post għal ieħor; imbagħad niżel l-Eġittu u għammar hemm. Żgħir kien l-għadd ta’ niesu, iżda hemmhekk sar poplu kbir, qawwi u kotran.

12“Meta tkun temmejt tiġbor l-għexur tal-uċuħ tiegħek fit-tielet sena, is-sena tal-għexur, u tajthom lil-Levita, lill-barrani, lill-iltim, u lill-armla, u jkunu kiluhom u xebgħu,Eż 12,48; Dt 14,28-29.

13int tmur tgħid quddiem il-Mulej, Alla tiegħek: ‘Neħħejt il-ħwejjeġ sagri mid-dar biex tajthom lil-Levita, lill-barrani, lill-iltim u lill-armla, skont l-ordni tiegħek li tajtni; ma ksirt u ma nsejt ebda kmand milli tajtni.Dt 24,19.

14Ma kilt xejn minnhom meta kont bil-vistu, ma warrabt xejn waqt li kont imniġġes, ma tajtx minnhom għall-mejjet; smajt mill-kelma tal-Mulej, Alla tiegħi, u għamilt skont kulma ordnajtli.1 Slat 8,43; S 11,4; Bar 2,16.

15Ittawwal mis-sema, l-għamara mqaddsa tiegħek, u bierek il-poplu tiegħek Iżrael u l-art li tajtna, kif int ħlift lil missirijietna, art tnixxi ħalib u għasel.’

16“Illum il-Mulej, Alla tiegħek, qiegħed jordnalek li tagħmel dawn il-liġijiet u dawn il-preċetti, u qis li tagħmilhom b’qalbek kollha u b’ruħek kollha.

17Int ġegħelt lill-Mulej jgħid li jkun Alla tiegħek, u li timxi fit-toroq tiegħu u li tħares il-liġijiet tiegħu u l-kmandamenti u l-preċetti tiegħu, u tisma’ minn kliemu.Eż 24,7.

18U l-Mulej ġiegħlek tagħti l-kelma llum li tkun poplu maħtur tiegħu, kif kien qallek, u li tħares l-ordnijiet kollha tiegħuEż 19,5; Dt 7,6; 14,2; 28,1.

19biex hu jgħollik fuq il-ġnus kollha li għamel, fl-isem u fil-ġieħ, u tkun ġens ikkonsagrat lill-Mulej, Alla tiegħek, kif kien wiegħdek.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help