1U Ħeżekija bagħat messaġġiera ma’ Iżrael u Ġuda kollu, u kiteb ittri wkoll lil Efrajm u Manassi, biex jiġu f’dar il-Mulej f’Ġerusalemm biex jagħmlu l-festa tal-Għid f’ġieħ il-Mulej, Alla ta’ Iżrael.
10U l-messaġġiera għaddew minn belt għal belt, fl-art ta’ Efrajm u Manassi sa Żebulun; iżda ħaduhom biċ-ċajt u ddieħku bihom.
11Imma xi nies minn Aser, Manassi u Żebulun umiljaw ruħhom, u ġew Ġerusalemm.
12U f’Ġuda wkoll l-id ta’ Alla kienet magħhom biex tahom qalb waħda, biex jagħmlu skont l-ordni tas-sultan u l-prinċpijiet, skont il-kelma tal-Mulej.
13U nġabar f’Ġerusalemm poplu kbir biex jagħmlu l-festa tal-ħobż ażżmu fit-tieni xahar; u kienet ġemgħa tassew kbira.
14U qamu u neħħew l-artali li kien hemm f’Ġerusalemm, u neħħew ukoll l-artali tal-inċens, u xeħtuhom fil-wied ta’ Kedron.2 Kron 28,24-25.
15U qatlu l-ħaruf tal-Għid fl-erbatax tat-tieni xahar. Il-qassisin u l-Leviti stħaw u tqaddsu, u ġiebu vittmi għas-sagrifiċċju tal-ħruq f’dar il-Mulej.Esd 9,6.
16U ħadu posthom kif kien imisshom skont il-Liġi ta’ Mosè, il-bniedem ta’ Alla; u l-qassisin bdew iroxxu d-demm li ħadu minn idejn il-Leviti.
17Għax kien hemm ħafna fil-ġemgħa li ma kinux tqaddsu, u l-Leviti, għalhekk, bdew jieħdu ħsieb il-qtil tal-vittmi tal-Għid għal kull min ma kienx nadif, biex iqaddishom lill-Mulej.2 Kron 35,6.
18Billi kotra kbira mill-poplu, l-aktar minn Efrajm, Manassi, Issakar u Żebulun, ma kinux tnaddfu, imma kielu l-ħaruf tal-Għid mhux skont ma kien miktub, Ħeżekija talab għalihom u qal: “Jaħfer il-Mulej, li hu tajjeb,
19lil kull min minn qalbu qiegħed ifittex lil Alla l-Mulej, Alla ta’ missirijietu, għalkemm mhux nadif kif jixraq lis-santwarju.”
20U l-Mulej sama’ ’l Ħeżekija u ħafer lill-poplu.
21U wlied Iżrael, li kienu jinsabu Ġerusalemm, għamlu l-festa tal-ħobż ażżmu għal sebat ijiem sħaħ b’festi kbar; u kull jum il-Leviti u l-qassisin kienu jfaħħru lill-Mulej b’kemm kellhom saħħa.
22Ħeżekija mbagħad, lil-Leviti kollha li wrew għaqal u dehen tassew fis-servizz tal-Mulej, kellimhom b’mod li jmissilhom qalbhom. U temmew il-festa f’sebat ijiem, li fihom kienu joffru s-sagrifiċċji tas-sliem u jiżżu ħajr lill-Mulej, Alla ta’ missirijiethom.
23U l-ġemgħa kollha ftiehmu li jkomplu l-festa għal sebat ijiem oħra, u hekk baqgħu sejrin għal sebat ijiem oħra kollha ferħ.
24Għax Ħeżekija, sultan ta’ Ġuda, ta lill-ġemgħa elf gendus u sebat elef nagħġa; u l-prinċpijiet taw lill-ġemgħa elf gendus u għaxart elef nagħġa; u tqaddsu ħafna qassisin.
25U ferħet il-ġemgħa kollha ta’ Ġuda, u l-qassisin u l-Leviti, u l-ġemgħa kollha li ġew minn Iżrael, u l-barranin li ġew mill-art ta’ Iżrael, u dawk li kienu jgħammru f’Ġuda.
26U kien hemm ferħ kbir f’Ġerusalemm, għax sa minn żmien Salamun bin David, sultan ta’ Iżrael, qatt ma kien hemm festa bħal din f’Ġerusalemm.
27U l-qassisin u l-Leviti qamu u bierku ’l poplu. U leħinhom instama’, u t-talba tagħhom waslet fl-għamara qaddisa tiegħu fis-smewwiet.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.