1It-tifkira ta’ Ġosija hi bħal taħlita inċens,
imħejjija bis-sengħa ta’ fewwieħ.
Fuq fomm kulħadd hi ħelwa għasel,
u hi bħal mużika waqt festa bl-inbid.
2Hu mexa dritt u kkonverta l-poplu,
u neħħa l-għajb tal-idoli pprojbiti mil-Liġi.
3Ħsiebu kien fil-Mulej,
u fi żmien nies li ma ridux jafu b’Liġi saħħaħ il-qima ta’ Alla.
L-aħħar slaten u l-profeti4Barra minn David, Ħeżekija, u Ġosija,
kollha żbaljaw bl-ikrah;
għax telqu l-Liġi tal-Għoli,
is-slaten ta’ Ġuda għebu,
5għax qawwiethom tawha lil ħaddieħor,
u sebħhom lil ġens barrani.
6Taw in-nar lill-belt magħżula tat-tempju,
u triqatha għamluhom ħerba,
7kif kien qal Ġeremija.
Għax ġiebu ruħhom ħażin miegħu,
għad li kien ikkonsagrat profeta
sa minn ġuf ommu,
biex jaqla’, jeqred u jħott,
jibni u jħawwel.
8Kien Eżekjel li ra d-dehra tal-glorja,
li Alla wrieh fuq il-karrijiet tal-kerubini.
9Għax ftakar fl-għedewwa tiegħu b’xita qalila,
u għamel il-ġid ma’ dawk li triqathom kienu dritti.
10U l-għadam tat-tnax-il profeta
jalla jieħu r-ruħ minn fejn qiegħed;
għax sabbru lil ulied Ġakobb,
u fdewhom b’fidi u tama.Żerubbabel u Ġożwè
11Kif nistgħu nuru l-kobor ta’ Żerubbabel?
Kien bħal siġill f’id il-leminija,
12hekk ukoll Ġożwè bin Ġeħosadak;
fi żmienhom bnew it-tempju,
u tellgħu d-dar qaddisa tal-Mulej,
iddestinata għall-glorja ta’ dejjem.
Neħemija13It-tifkira ta’ Neħemija tibqa’ wkoll għal dejjem,
hu talla’ għalina d-djar imġarrfa tagħna,
u qiegħed il-bibien u l-istaneg,
u raġa’ bena djarna.Ħarsa lura
14Ħadd ma kien maħluq fuq l-art bħal Ħenok;
hu ttieħed minn fuq l-art.
15Qatt ma twieled bniedem bħal Ġużeppi,
kien mexxej ta’ ħutu, fuqu l-poplu kien iserraħ.
Dawn ħadu ħsieb sal-fdal t’għadmu.
16Sem u Set kienu mweġġħin mill-bnedmin,
u fuq kull ħaj fil-ħolqien hemm Adam.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.