EŻEKJEL 46 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 46Is-Sibtijiet

1Dan jgħid Sidi l-Mulej: “Il-bieb tal-bitħa ta’ ġewwa li jħares fuq il-Lvant jibqa’ magħluq fis-sitt ijiem tax-xogħol, u jinfetaħ nhar ta’ Sibt u fl-ewwel tax-xahar, jum il-qamar ġdid., imbagħad jerġa’ jmur għand il-prinċep; biss il-wirt ta’ wliedu jibqa’ tagħhom għal dejjem.

18Il-prinċep m’għandu qatt jieħu għalih mill-wirt tal-poplu billi jgħakkishom u jċaħħadhom minn ġidhom; dak li hu tiegħu jħallih b’wirt lil uliedu, biex ħadd mill-poplu tiegħi ma jkun imkeċċi mill-proprjetà tiegħu.”

Kċejjen tat-tempju

19U ġiebni fid-daħla ta’ maġenb il-bieb ħdejn il-kmamar tas-santwarju tal-qassisin li jħarsu lejn it-Tramuntana, u kien hemm post ’il ġewwa n-naħa tal-Punent.

21U ħariġni fil-bitħa ta’ barra, għaddieni mill-erba’ rkejjen tal-bitħa, u ara, kien hemm bitħa f’kull rokna tal-bitħa.

22Fl-erba’ rkejjen tal-bitħa kien hemm btieħi magħluqa għalihom, twal erbgħin driegħ u wesgħin tletin; l-erba’ ta’ qjies wieħed.

23Kien hemm ħajt madwarhom l-erbgħa u dawramejt taħt il-ħajt kien hemm mibnija fuklarijiet.

24U qalli: “Dawn huma l-kċejjen fejn is-servi tat-tempju jsajru l-vittmi tal-poplu.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help