2 SLATEN 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Elija mtella’ s-sema

1Ġara li meta l-Mulej kien se jtalla’ s-sema lil Elija ġor-riefnu, Elija kien telaq ma’ Eliżew minn Gilgal.

2U Elija qal lil Eliżew: “Oqgħod hawn, għax il-Mulej bagħatni sa Betel.” Imma Eliżew wieġbu: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej u daqs kemm int ħaj int, ma nħallikx.” U niżlu t-tnejn Betel.

3U wlied il-profeti, li kienu f’Betel, ħarġu jilqgħu lil Eliżew u qalulu: “Taf int li llum il-Mulej se jieħu lil sidek minn miegħek?” U hu qalilhom: “Naf jien ukoll. Oqogħdu bi kwietkom.”

4U Elija qallu: “Eliżew, oqgħod hawn, nitolbok, għax il-Mulej bagħatni Ġeriko.” U wieġbu: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, u daqs kemm int ħaj int, ma nħallikx.” U marru Ġeriko.

5U wlied il-profeti li kienu f’Ġeriko ħarġu jilqgħu lil Eliżew u qalulu: “Taf int li llum il-Mulej se jeħodlok lil sidek minn miegħek.” U weġibhom: “Naf jien ukoll. Oqogħdu bi kwietkom.”

6U Elija qallu: “Oqgħod hawn, nitolbok, għax il-Mulej bagħatni lejn il-Ġordan.” U wieġbu: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej u daqs kemm int ħaj int, ma nħallikx.” U telqu t-tnejn.

7U ħamsin wieħed minn ulied il-profeti telqu magħhom, u qagħdu ftit ’il bogħod minn quddiemhom, u huma t-tnejn waqfu ħdejn il-Ġordan.

8U Elija qabad il-mantar tiegħu, kebbu, u ħabbtu mal-ilma; u dan inferaq ’l hemm u ’l hawn. U qasmu huma t-tnejn fl-inxif.!”

10U qallu: “Ħaġa iebsa tlabtni. Jekk tarani nittieħed minn ħdejk, ikunlek hekk; jekk le, ma jkunlekx.”

11U ġara li huma u sejrin, jimxu u jitkellmu, f’daqqa waħda karru tan-nar bi żwiemel tan-nar firidhom minn xulxin, u Elija tala’ s-sema fir-riefnu..” U ma rahx iżjed; u qabad fi ħwejġu u ċarrathom f’biċċtejn.. U ħarġu żewġ orsijiet mill-foresta u żbranaw tnejn u erbgħin tifel minnhom.

25Minn hemm Eliżew wasal sal-muntanja tal-Karmel mnejn raġa’ lura s-Samarija.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help