1Eliżew, il-profeta, sejjaħ lil wieħed minn ulied il-profeti u qallu: “Ħażżem ġenbejk, u ħu dan il-kus żejt f’idek, u mur Ramot-gilgħad. u neqred lil kull raġel, sew jekk ikun ilsir sew jekk ħieles, f’Iżrael.
14Ġeħu bin Ġosafat, bin Nimsi, beda jikkonfoffa kontra Ġoram; u Ġoram kien jgħasses f’Ramot-gilgħad, hu u Iżrael kollu, minħabba Ħażajel, sultan ta’ Aram. u l-qabda sħarijiet tagħha?”
23U Ġoram dawwar il-karru biex jaħrab, u qal lil Aħażija: “Tradiment, Aħażija!”
24U Ġeħu qabad il-qaws f’idu, u darab lil Ġoram bejn spallejh, u l-vleġġa ħarġet minn ġo qalbu, u miet fuq il-karru.
25U mbagħad Ġeħu qal lil Bidkar, l-ajjutant tiegħu: “Aqbduh u waddbuh f’xi naħa tal-għalqa ta’ Nabot, il-Ġeżragħeli; għax għadni niftakar li darba, meta jien u int konna rekbin wara Aħab missieru, il-Mulej xeħet fuqu din it-theddida:
26‘Ma rajtx jien ilbieraħ id-demm ta’ Nabot,
u d-demm ta’ wliedu?
Oraklu tal-Mulej.
Hekk inħallsek f’din l-istess għalqa,
oraklu tal-Mulej.’
Mela issa aqbduh u waddbuh fil-qasam skont il-kelma tal-Mulej.”
27U Aħażija, sultan ta’ Ġuda, malli ra dan kollu, ħarab mit-triq ta’ Bet-ħaggan, imma Ġeħu għamel għal warajh, u ordna: “Idorbuh lilu wkoll fuq il-karru.” U laqtuh fit-telgħa ta’ Gur, li taħbat qrib Iblagħam, u ħarab lejn Megiddu, u miet hemmhekk.
28U l-qaddejja tiegħu għabbewh fuq karru, u ħaduh Ġerusalemm, u difnuh ma’ missirijietu f’qabru fil-belt ta’ David.
29Aħażija beda jsaltan fuq Ġuda fis-sena ħdax ta’ Ġoram bin Aħab.
30U Ġeħu ġie Ġeżragħel. Xħin Ġeżabel semgħet, żebgħet għajnejha bl-ikħal, u żejnet rasha, u telgħet tittawwal mit-tieqa.
31U kif Ġeħu wasal fil-bieb qaltlu: “Kollox sewwa ma’ Żimri, il-qattiel ta’ sidu?”1 Slat 16,19-21.
32U hu rafa’ għajnejh lejn it-tieqa, u weġibha: “Min hawn miegħi? Min?” U tnejn jew tliet uffiċjali ħarġu jittawlu;
33u hu qalilhom: “Waddbuha għal isfel!” U huma waddbuha għal isfel, u r-raxx ta’ demmha ċappas il-ħajt u ż-żwiemel, li għaddew jgħaffġu minn fuqha.
34Imbagħad daħal il-belt, kiel u xorob, u qalilhom: “Morru araw lil dik il-misħuta, u idfnuha, għax hi bint sultan.”
35U marru jidfnuha, imma ma sabu xejn minnha ħlief il-qorriegħa, riġlejha u keffejn idejha.
36U reġgħu lura jgħarrfu lil Ġeħu, u qalilhom: “Din hi l-kelma tal-Mulej, li lissen permezz tal-qaddej tiegħu Elija, it-Tisbi, meta qal: ‘Laħam Ġeżabel jikluh il-klieb fl-għalqa ta’ Ġeżragħel.1 Slat 21,23; 2 Kron 22,7-9.
37U jkun bħad-demel f’wiċċ l-art fl-għalqa ta’ Ġeżragħel, il-ġisem mejjet ta’ Ġeżabel, u ħadd ma jkun jista’ jgħid: ‘Din hi Ġeżabel.’ ”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.