1Ġeftaħ il-Gilgħadi kien bniedem qalbieni u b’saħħtu; kien bin mara żienja. Missieru kien Gilgħad,
2li kellu l-mara li wilditlu wlied; meta kibru wlied din il-mara keċċew lil Ġeftaħ u qalulu: “Int ma jkollokx wirt f’dar missierna, għax int bin mara oħra.”Ġeftaħ u l-Għammonin
12Imbagħad Ġeftaħ bagħat messaġġiera lis-sultan ta’ wlied Għammon jgħidulu: “X’hemm bejni u bejnek biex ġejt taħbat għalija f’arti?”, mhux int tirtu? U dak li tana l-Mulej, Alla tagħna, milli sibna quddiemna, mhux aħna nirtuh?
30U Ġeftaħ għamel wegħda lill-Mulej u qal: “Jekk inti terħi f’idejja lil ulied Għammon,
31min joħroġ jilqagħni l-ewwel minn bieb dari, meta nerġa’ lura bis-sliem minn quddiem l-Għammonin, ikun tal-Mulej u noffrihulu b’sagrifiċċju tal-ħruq.
32U Ġeftaħ għadda lejn l-Għammonin biex jaħbat għalihom, u l-Mulej irħiehom f’idejh.
33U kissirhom minn Għarogħer sa tasal sa Minnit - għoxrin belt b’kollox - u sa Abel-Keramin f’taqtigħa kbira sewwa. U hekk ulied Iżrael kaxkru lil ulied Għammon minn quddiemhom.
34U Ġeftaħ mar Misfa lejn daru, u hemm jilmaħ lil bintu ħierġa tilqgħu bit-tnabar u ż-żfin; kienet bint waħdanija tiegħu u ma kellux ħliefha, la subien u lanqas bniet.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.