2 KRONAKI 24 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 24Is-saltna ta’ Ġowas

1Seba’ snin kellu Ġowas meta sar sultan, u dam erbgħin sena jsaltan f’Ġerusalemm, u ommu kien jisimha Sibja minn Birsaba. biex insewwu t-tempju ta’ Alla tagħkom minn sena għal sena, u qisu li tgħaġġlu f’din il-ħaġa.” Imma l-Leviti ma għaġġlu xejn.

6Għalhekk is-sultan sejjaħ lil Ġeħojada, il-kap, u qallu: “Għaliex ma ħadtx ħsieb li l-Leviti jġibu minn Ġuda u minn Ġerusalemm it-taxxa ordnata minn Mosè, il-qaddej tal-Mulej, lill-ġemgħa ta’ Iżrael għat-tinda tax-xhieda miktuba?” għamlu l-ħsara fit-tempju ta’ Alla, u saħansitra nqdew bl-offerti mqaddsa għas-servizz tal-Bagħlim.

8Imbagħad ordnalhom is-sultan u għamlu senduq u qegħduh barra ħdejn il-bieb tat-tempju.

10U ferħu l-prinċpijiet kollha u l-poplu kollu, u ġiebu l-flus u xeħtuhom fis-senduq sakemm imtela.

11Meta mbagħad kienu jieħdu s-senduq għand l-uffiċjali tas-sultan permezz tal-Leviti, u meta kienu jaraw li kien hemm ħafna flus, kien jiġi s-segretarju tas-sultan u l-ispettur tal-qassis kap, u jbattlu s-senduq u jerġgħu jqegħduh f’postu. U hekk kienu jagħmlu minn jum għal ieħor. U ġabru ħafna flus.

12U s-sultan u Ġeħojada tawhom lin-nies tas-sengħa li kellhom f’idejhom ix-xogħol tat-tempju tal-Mulej. U huma qabbdu bennejja u mastrudaxxi biex isewwu t-tempju tal-Mulej, u nies imħarrġa fix-xogħol tal-ħadid u l-bronż, biex isaħħu dar il-Mulej.

13U l-ħaddiema ħadmu, u x-xogħol tat-tiswija tala’ f’idejhom, u waqqfu mill-ġdid it-tempju ta’ Alla kif kellu jkun u ssudawh.

14U meta temmew ix-xogħol, ġiebu quddiem is-sultan u Ġeħojada l-flus li kien fadal, u bihom għamlu tagħmir għat-tempju tal-Mulej, tagħmir għas-servizz u għas-sagrifiċċji tal-ħruq, u bwieqi għall-inċens, u oġġetti oħra tad-deheb u l-fidda. U kienu joffru dejjem sagrifiċċji fit-tempju tal-Mulej, sakemm baqa’ ħaj Ġeħojada.

15Ġeħojada xjieħ u mtela bl-għomor, u miet; kellu mija u tletin sena meta miet.

16U difnuh fil-belt ta’ David mas-slaten, għax għamel is-sewwa f’Iżrael ma’ Alla u t-tempju tiegħu.

17Meta miet Ġeħojada l-prinċpijiet ta’ Ġuda marru jsellmu lis-sultan b’wiċċhom fl-art, u mbagħad is-sultan tahom widen.

18Huma ħallew it-tempju tal-Mulej, Alla ta’ missirijiethom, u marru jaqdu x-xbihat tal-Asera u l-idoli. U l-korla tal-Mulej xegħlet kontra Ġuda u Ġerusalemm minħabba din il-ħtija tagħhom.

26Dawk li kienu kkonfoffaw kontrih kienu: Żabad bin Simgħat, l-Għammonija; u Ġeħożabad bin Simrit, il-Mowabija.

27Dwar uliedu, l-orakli kontra tiegħu u t-tiġdid tat-tempju ta’ Alla, kollox hu miktub fit-tagħlim tal-Ktieb tas-Slaten.

U Amasija, ibnu, beda jsaltan floku.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help