2 KRONAKI 35 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 35Il-festa tal-Għid

1U Ġosija għamel il-festa tal-Għid f’ġieħ il-Mulej f’Ġerusalemm; u qatlu l-ħaruf tal-Għid fl-erbatax tal-ewwel xahar.

7U Ġosija ta lil ulied il-poplu mill-imrieħel, ħrief u gidjien, kollha għall-vittma tal-Għid, għal kull min kien hemm, b’kollox tletin elf; u tlitt elef gendus minn ħwejjeġ is-sultan.Eż 12,5.

8U l-prinċpijiet tiegħu, minn rajhom, taw offerti lill-poplu, lill-qassisin u lil-Leviti. Ħilkija, Żakkarija u Ġeħijel, prinċpijiet fid-dar ta’ Alla, lill-qassisin tawhom elfejn u sitt mitt ħaruf u gidi għall-vittma tal-Għid; u tliet mitt gendus.Num 7; 1 Kron 29,6-9.

9U Konanija, Semajja u Netanjel, ħutu, u Ħasabija, u Ġegħijel u Ġożabad, prinċpijiet tal-Leviti, lil-Leviti tawhom ħamest elef ħaruf u gidi għall-vittma tal-Għid, u ħames mitt gendus.

10Malli kien kollox lest għas-servizz, il-qassisin ħadu posthom u l-Leviti qagħdu fit-taqsimiet tagħhom skont l-ordni tas-sultan.

11U qatlu l-vittmi tal-Għid: il-qassisin raxxew id-demm li kienu jieħdu minn idejhom, u l-Leviti kienu jisolħu l-vittmi.

12U warrbu l-vittmi għall-ħruq, biex iqassmuhom lil djar il-missirijiet ta’ wlied il-poplu, biex joffruhom lill-Mulej kif inhu miktub fil-ktieb ta’ Mosè; u hekk għamlu wkoll bil-gniedes.

13U huma xwew il-ħaruf tal-Għid bin-nar skont il-Liġi; imma l-offerti mqaddsa għallewhom fil-borom, kaldaruni u twaġen u qassmuhom malajr lil ulied il-poplu kollha.Eż 12,2-11; Num 12,8-9.

14Imbagħad lestew għalihom stess u għall-qassisin; għax il-qassisin, ulied Aron, baqgħu joffru s-sagrifiċċju tal-ħruq u x-xaħmijiet sa billejl; u l-Leviti lestew għalihom stess u għall-qassisin, ulied Aron.

15Il-kantanti, ukoll, ulied Asaf, ħadu posthom skont l-ordni ta’ David: Asaf, Ħeman, u Ġedutun, il-veġġent tas-sultan; u l-purtinara qagħdu f’kull bieb. Ħadd minnhom ma warrab is-servizz tiegħu għax ħuthom il-Leviti ħasbu għalihom.

16Hekk qassmu s-servizz tal-Mulej dakinhar biex jagħmlu l-festa tal-Għid, u biex joffru s-sagrifiċċji tal-ħruq fuq l-artal tal-Mulej, skont l-ordni tas-sultan Ġosija.

17Hekk għamlu wlied Iżrael il-festa tal-Għid f’dak iż-żmien u l-festa tal-ażżmi għal sebat ijiem.

18Qatt ma saret f’Iżrael festa tal-Għid bħal dik sa minn żmien il-profeta Samwel; u ebda wieħed mis-slaten ta’ Iżrael qatt ma għamel festa tal-Għid bħal dik li għamel Ġosija, il-qassisin u l-Leviti, u Ġuda u Iżrael kollu li kienu hemm u dawk li kienu jgħammru Ġerusalemm.2 Slat 23,22-23.

19Dan l-Għid sar fis-sena tmintax tas-saltna ta’ Ġosija.

Il-mewt ta’ Ġosija

20Wara dan kollu, meta Ġosija kien sewwa d-dar tal-Mulej, Neko, is-sultan tal-Eġittu, tala’ biex jitqabad f’Karkemis ħdejn l-Ewfrat, u Ġosija ħareġ iżommu.

21Imma dak bagħatlu messaġġiera jgħidulu: “X’hemm bejni u bejnek, sultan ta’ Ġuda? M’iniex ġej għalik illum, imma ġej kontra d-dar li magħha qiegħed nagħmel gwerra, u Alla ordnali li ngħaġġel. Tiqafx lil Alla għax hu miegħi, li ma jeqirdikx.”

22U Ġosija ma dawwarx wiċċu minnu, imma għamel il-qalb biex jitqabad miegħu, u ma tax widen għal dak li Neko qallu minn fomm Alla, u mar jitqabad miegħu fil-wied ta’ Megiddu.

23U l-arċieri ġibdu għal fuq is-sultan Ġosija, u s-sultan qal lill-qaddejja tiegħu: “Ħuduni minn hawn għaliex midrub sewwa!”2 Kron 18,33-34.

24U l-qaddejja tiegħu ħaduh minn fuq il-karru, u għabbewh fuq karru ieħor minn tiegħu, u ġabuh Ġerusalemm; u miet u difnuh fl-oqbra ta’ missirijietu, u Ġuda kollu u Ġerusalemm għamlu l-vistu għal Ġosija.

25Ġeremija wkoll kiteb għanja ta’ lamentazzjoni għal Ġosija; u l-kantanti kollha, nisa u rġiel, baqgħu sal-lum isemmu lil Ġosija fil-lamentazzjonijiet tagħhom u ħaduha drawwa f’Iżrael; u dawn jinsabu miktuba fil-ktieb tal-lamentazzjonijiet.

26U l-bqija tal-ġrajja ta’ Ġosija u l-opri tajba tiegħu skont ma hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej;2 Slat 23,28.

27il-ġrajja tiegħu, mill-bidu sal-aħħar, huma miktubin fi Ktieb is-Slaten ta’ Iżrael u Ġuda.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help