1Il-Mulej isaltan; il-kobor libes,
libes il-Mulej u tħażżem bil-qawwa.
Iżomm sħiħa d-dinja; qatt ma titħarrek.
2Imwaqqaf it-tron tiegħek fis-sod minn dejjem;
minn dejjem ta’ dejjem int.
3Jgħollu x-xmajjar, Mulej,
jgħollu x-xmajjar leħinhom,
jgħollu x-xmajjar il-ħsejjes tagħhom.
4Aqwa mill-ħsejjes tal-ilma kotran,
aqwa mill-imwieġ tal-baħar,
qawwi l-Mulej fl-għoli.
5Il-kmandamenti tiegħek ta’ min joqgħod fuqhom;
qdusija lil darek tixraq, Mulej,
sa kemm itul iż-żmien.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.