1 KRONAKI Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebBħall-kotba ta’ Samwel u tas-Slaten, il-kotba tal-Kronaki jridu jitqiesu bħala ktieb wieħed maqsum fi tnejn għall-istess raġuni tal-qjies tal-parċmina. Għalkemm dawn iż-żewġ kotba jirrakkuntaw l-istess storja ta’ Iżrael, huma jħarsu lejha minn angolu divers. Insibu l-istess ġrajjiet ripetuti, imma deskritti minn aspett differenti.Is-Sultan David hu l-aktar persunaġġ importanti fl-Ewwel Ktieb tal-Kronaki. Hu l-bniedem li bena Ġerusalemm u għamilha ċ-ċentru tal-qima lil Alla. Ħa ħsieb li Alla jirċievi l-qima xierqa mill-poplu. Hu wkoll jitqies bħala l-fundatur tat-tempju, għalkemm kien ibnu Salamun li fil-fatt bnieh. Jitqies ukoll bħala l-fundatur tal-liturġija fit-tempju.L-ewwel disa’ kapitli ta’ dan il-ktieb jippreżentaw listi tad-dixxendenti ta’ Adam sa żmien Sawl, li l-mewt tiegħu nsibuha deskritta fl-għaxar kapitlu. Mill-11-il kapitlu sal-aħħar (kap 29) naqraw dwar is-sultan David li jsir il-mudell ta’ kull min iqim u jobdi lil Alla. Din it-taqsima dwar David nistgħu nerġgħu naqsmuha f’partijiet oħra żgħar. L-ewwel insibu kif David sar sultan u kif għażel lil Ġerusalemm bħala l-belt kapitali (kap 11—12). Kien David li ġab l-Arka tal-Patt fil-Belt, u dan naqrawh f’kapitli 13 sa 16. L-erba’ kapitli ta’ wara (17—20) jiddeskrivu xi ġrajjiet matul is-saltna ta’ David; u l-aħħar kapitli (21—29) juruna l-preparazzjonijiet għall-bini tat-tempju bit-twissijiet li David ta lil ibnu Salamun dwar il-qima li kellha tingħata lil Alla.Fit-tmiem tar-renju tiegħu, David ifaħħar lil Alla quddiem il-poplu u jgħid:Imbierek int, Mulej, Alla ta’ Iżrael, missierna, minn dejjem għal dejjem. Tiegħek, Mulej, il-kobor u l-qawwa, il-ġieħ, is-sebħ u t-tifħir: kulma hemm fis-sema u fl-art. Tiegħek is-saltna, Mulej, int kap fuq kulħadd. Minnek l-għana u s-sebħ; int taħkem fuq kollox (29,10-12).It-taqsim tal-ktiebArbli tar-razza u listi (1,1—9,44)Il-mewt ta’ Sawl (10,1-14)Ir-renju ta’ David (11,1—29,30)Inkwiet u suċċessi (11,1—22,1)Preparazzjonijiet għall-bini tat-tempju (22,2—29,30)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help