1Għanja tat-Telgħat. Ta’ Salamun.
Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar,
għalxejn jitħabtu l-bennejja.
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt,
għalxejn jishar l-għassies.
2Ma jiswielkom xejn li tbakkru,
jew li ddumu ma tistrieħu
u li tieklu ħobż it-tbatija;
għax sa fl-irqad hu jipprovdi lill-għeżież tiegħu.
3Ara, wirt il-Mulej huma l-ulied,
ħlas tiegħu hu frott il-ġuf.
4Bħal vleġeġ f’id il-ġellied,
hekk huma wlied iż-żgħożija.
5Hieni l-bniedem li għandu l-ħorġa mimlija bihom!
Ma jinfixilx meta jiltaqa’ mal-għedewwa f’bieb il-belt.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.