SALMI 136 - Maltese Bible with DC

Salm 136Litanija ta’ radd il-ħajr

1Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

2Roddu ħajr lil Alla fuq l-allat,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

3Roddu ħajr lis-Sid tas-sidien,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

4Hu waħdu għamel għeġubijiet kbar,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

5Hu li għamel is-smewwiet bil-ħsieb,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

6Li firex l-art fuq l-ilmijiet,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

7Li għamel id-dwal il-kbar,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

8Għamel ix-xemx biex taħkem fuq il-jum,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

9Il-qamar u l-kwiekeb biex jaħkmu fuq il-lejl

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

10Hu darab l-Eġizzjani f’uliedhom il-kbar,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

11U ħareġ lil Iżrael minn ġo nofshom,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

12Ħariġhom b’id qawwija u bi driegħ merfugħ,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

13Hu feraq fi tnejn il-Baħar tal-Qasab,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

14U għadda lil Iżrael minn ġo nofshom,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

15Ġarraf il-Fargħun u l-eżerċtu tiegħu fil-Baħar tal-Qasab,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

16Hu mexxa fid-deżert il-poplu tiegħu,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

17U xejjen slaten qawwija,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

18Qered slaten kbar,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

19Qered lil Siħon, sultan tal-Amurrin,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

20U ’l Għog, sultan ta’ Basan,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

21U l-art tagħhom qassamha b’wirt,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

22B’wirt lil Iżrael, qaddej tiegħu,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

23Meta konna magħkusin ftakar fina,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

24U ħelisna mill-għedewwa tagħna,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

25Lil kulħadd hu jagħti l-ikel,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

26Roddu ħajr lil Alla tas-smewwiet,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help