1Ġuda l-Makkabi u dawk li kienu miegħu daħlu bil-moħbi fl-irħula u bdew isejħu lil nieshom; u sejħu lil dawk li baqgħu fidili għall-Ġudaiżmu sa ma ġemgħu sitt elef ruħ. ra li dal-bniedem ftit ftit kien miexi ’l quddiem, u li kien qiegħed jitqawwa dejjem iżjed minħabba r-rebħiet tiegħu, kiteb lil Tolemew, il-gvernatur taċ-Ċelesirja u l-Feniċja, biex jieħdu ħsieb l-interessi tas-sultan.
10Nikanor kellu f’rasu li jiġbor elfejn talent mill-bejgħ tal-ilsiera Lhud billi s-sultan kellu jagħti t-tribut lir-Rumani.
11Għalhekk bagħat jistieden lill-ibliet tax-xtajta biex jixtru l-ilsiera Lhud u wegħedhom li jagħtihom disgħin wieħed għal kull talent, bla ma qagħad iġib quddiem għajnejh il-ġudizzju li kien hemm lest għalih mingħand Alla li jista’ kollox.
12Malli Ġuda sar jaf bl-avvanzata ta’ Nikanor, għarraf lin-nies tiegħu bil-wasla tal-eżerċtu.
13Il-beżżiegħa u dawk li ma kinux jafdaw fil-ġustizzja ta’ Alla ħarbu u tbiegħdu mill-post.
14L-oħrajn biegħu kulma kien baqgħalhom, u fl-istess ħin talbu lill-Mulej biex jeħles lil dawk li dak ix-xellerat ta’ Nikanor kien diġà biegħ qabel ma bdew jissieltu.
15Jekk ma jismagħhomx minħabba fihom infushom, għallinqas jismagħhom f’ġieħ il-patt ma’ missirijiethom u f’ġieħ l-isem il-qaddis u kbir tiegħu li minnu ħadu isimhom.
16Ġuda l-Makkabi, imbagħad, ġabar madwaru n-nies tiegħu, sitt elef ruħ b’kollox, u ħeġġiġhom biex ma jibżgħux quddiem l-għedewwa, u lanqas ma jaqtgħu qalbhom quddiem il-kotra tal-ġnus, li inġustament kienu riesqa għal fuqhom, imma għandhom jissieltu ta’ rġiel
17u jżommu quddiem għajnejhom il-vjolazzjoni sagrilega li għamlu kontra l-post imqaddes, u ż-żebliħ tal-belt imħarbta, u t-tneħħija tad-drawwiet ta’ missirijiethom.
18“Huma jafdaw fl-armi u fil-qlubija tagħhom,” qalilhom, “imma aħna nafdaw f’Alla li jista’ kollox, li jista’ jeqred b’nifs wieħed lil dawn li ġejjin għalina u d-dinja kollha.”
24Bl-għajnuna ta’ Dak li jista’ kollox li kien magħhom qatlu aktar minn disat elef ruħ, darbu u qattgħu bċejjeċ il-biċċa l-kbira tal-eżerċtu ta’ Nikanor, u ġagħluhom jaħarbu lkoll.
25Qabdu f’idejhom il-flus ta’ dawk li kienu ġew biex jixtruhom; u għamlu għal warajhom għal triq twila, imma kellhom jerġgħu lura minħabba li kien daħal il-ħin,
26u ma baqgħux jitbiegħdu aktar għal warajhom għax kien lejlet is-Sibt.
27Imbagħad ġabru l-armi u neżżgħu l-għedewwa milli kellhom fuqhom, iċċelebraw is-Sibt, ibierku u jfaħħru lill-Mulej kemm jifilħu talli salvahom dakinhar u beda juri l-ħniena magħhom.
28Meta għadda s-Sibt qassmu biċċa mill-priża lill-midrubin, lir-romol u lill-iltiema, u l-bqija qassmuh bejniethom u bejn uliedhom.
29Meta temmew dan kollu, talbu lkoll flimkien lill-Mulej ħanin li jitħabbeb mill-ġdid għalkollox mal-qaddejja tiegħu.
Kontra Timotju u Bakkidi30Tqabdu wkoll mat-truppi ta’ Timotju u Bakkidi, u minnhom qerdu aktar minn għoxrin elf ruħ; u mbagħad ħatfu f’idejhom fortizzi fl-għoli u qassmu priża kbira bejniethom: u taw sehem daqs tagħhom lill-midrubin, lill-iltiema, lir-romol u lix-xjuħ ukoll.1 Mak 7,8.
31Imbagħad ġabru l-armi tal-għedewwa, qiegħdu kollox bil-galbu f’postijiet żguri, u ħadu l-bqija tal-priża Ġerusalemm.
32Qatlu wkoll lill-fizzjal tal-għases ta’ madwar Timotju, bniedem mill-agħar, li għamel ħsara kbira lil-Lhud.
33Imbagħad, meta kienu qegħdin jagħmlu l-festa tar-rebħa f’art twelidhom, ħarqu ħajjin lil dawk li kienu taw in-nar lill-bibien imqaddsa, u magħhom lil Kallisteni, li lkoll kienu ħarbu f’daqsxejn ta’ dar; u hekk dan ukoll ħa l-ħlas li kien ħaqqu għall-ħażen tiegħu.
Nikanor jitlef ġieħu34Nikanor, dak il-midneb fuq li midneb, li kien ġieb miegħu elf neguzjant biex jixtru l-Lhud,1 Mak 7,26; 2 Mak 8,23-24.
35ġabuh fix-xejn bl-għajnuna tal-Mulej dawk stess li hu ma kien iqishom xejn. Kellu jneħħi minn fuqu l-ilbies għani u sabiħ, u jaħrab waħdu minn qalb ir-raba’, bħallikieku kien xi lsir maħrub; u kellu xorti li wasal Antjokja wara li ma kien irnexxielu xejn ħlief li jeqred l-eżerċtu tiegħu.
36Hekk dak li kien wiegħed li jħallas it-tribut lir-Rumani minn fuq l-ilsiera minn Ġerusalemm, issa beda jxerridha li l-Lhud kellhom min jaqbeż għalihom, u ħadd ma kien jista’ għalihom, għax huma kienu jħarsu l-liġijiet li kien tahom Alla stess.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.