2 SAMWEL 6 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 6L-arka f’Ġerusalemm

1U David ġama’ l-aħjar nies ta’ Iżrael, tletin elf ruħ.

3U għabbew l-arka ta’ Alla fuq karru ġdid u ġarrewha mid-dar ta’ Abinadab, li kienet fuq l-għolja. U Għużża u Aħiju, ulied Abinadab, kienu jsuqu l-karru l-ġdid1 Sam 4,3-4; 6,7-8; 7,1.

4bl-arka ta’ Alla fuqu, u Aħiju kien miexi quddiem l-arka.

5U David u d-dar kollha ta’ Iżrael kienu jiżfnu u jaqbżu bil-ferħ quddiem il-Mulej b’kemm kellhom saħħa, bl-għana u d-daqq taċ-ċetri, l-arpi, it-tnabar, iċ-ċnieċel u l-platti.S 68,26-27; 150,3-5.

6Xħin waslu ħdejn il-qiegħa ta’ Nakon, il-gniedes tfixklu u Għużża medd idu lejn l-arka ta’ Alla biex iżommha.

7Il-Mulej għadab għal Għużża, u Alla laqtu hemm u baqa’ mejjet tal-post ħdejn l-arka ta’ Alla.

8David għela għax laqat il-Mulej lil Għużża, u sejjaħ il-post Pereż-għużża sal-lum.

9Dakinhar David ħass ruħu beżgħan quddiem il-Mulej u qal: “Kif jista’ jkun li l-arka tal-Mulej tidħol għandi?”

10U David ma riedx idaħħal għandu l-arka tal-Mulej fil-belt ta’ David, u ħadha fid-dar ta’ Għobededom il-Gitti.

11U l-arka tal-Mulej baqgħet f’dar Għobededom, il-Gitti, tliet xhur sħaħ. U l-Mulej bierek lil Għobededom u ’l daru kollha.1 Kron 26,4.

12U lis-sultan David qalulu: “Il-Mulej bierek dar Għobededom u kulma għandu minħabba l-arka ta’ Alla.” U mar David u talla’ l-arka ta’ Alla bil-ferħ mid-dar ta’ Għobededom għall-belt ta’ David.1 Kron 15; S 24,7-10.

13U malli r-reffiegħa tal-arka tal-Mulej imxew xi sitt passi, offra b’sagrifiċċju gendus u għoġol imsemmen.

14David, liebes efod tal-għażel, beda jiżfen b’ħiltu kollha quddiem il-Mulej.1 Sam 2,18; 1 Slat 18,26.

15U hekk David u d-dar kollha ta’ Iżrael wasslu l-arka tal-Mulej b’għajjat ta’ ferħ u daqq tat-trombi.

16Ġara li, hi u dieħla l-arka tal-Mulej fil-belt ta’ David, Mikal, bint Sawl, ittawlet mit-tieqa, u lemħet is-sultan David jaqbeż u jiżfen quddiem il-Mulej, u stmerritu f’qalbha.

17Ġiebu l-arka tal-Mulej u qegħduha f’postha, fit-tinda li kien waqqaf għaliha David. David imbagħad offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem quddiem il-Mulej.Lev 1,1-17; 3,1-17; 1 Kron 16,1-2.

18Meta kien offra s-sagrifiċċji tal-ħruq u s-sagrifiċċji tas-sliem, David bierek il-poplu b’isem il-Mulej tal-eżerċti;

19u qassam lill-poplu kollu, lill-kotra ta’ Iżrael, irġiel u nisa, ftira ħobż, biċċa laħam u ċappa żbib kull wieħed. U l-poplu kollu telaq, kulħadd lejn daru.

20Xħin David raġa’ lura d-dar biex isellem lil niesu, ħarġet Mikal, bint Sawl, tilqgħu u qaltlu: “Kemm kien sabiħ illum is-sultan ta’ Iżrael, mikxuf quddiem għajnejn in-nisa tal-qaddejja tiegħu, bħalma jinkixef raġel bla ġieħ!”1 Kron 16,43.

21U David wieġeb lil Mikal: “Il-Mulej kien li għażilni flok missierek u daru kollha, u għamilni prinċep fuq il-poplu ta’ Iżrael, il-poplu tal-Mulej; iva, jiena żfint quddiem il-Mulej.1 Sam 13,14; 15,28.

22Anzi niċċekken aktar minn hekk. Ħa nitlef ġieħi f’għajnejk, imma nissebbaħ quddiem il-qaddejja nisa li semmejt int.”

23U Mikal, bint Sawl, baqgħet bla tfal sa ma mietet.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help