ĠEREMIJA 18 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 18Il-fuħħari u t-tafal

1Il-kelma li ġiet lil Ġeremija mingħand il-Mulej u qallu:

2“Qum u inżel għand il-fuħħari: u hemm jiena nsemmgħek kliemi.”

3Jiena nżilt għand il-fuħħari, u sibtu qiegħed jaħdem fuq ir-rota.

4U hekk kif il-ġarra li kien qed jaħdem ħarġitlu ħażin, kif jiġrilu t-tafal f’idejn il-fuħħari, dan raġa’ għamel oħra minnha kif għoġob lilu.

9“Drabi oħra naqtagħha li poplu jew saltna nibniha u nħawwilha;

11“Issa mur kellem lin-nies ta’ Ġuda u n-nies li jgħammru f’Ġerusalemm u għidilhom: Dan jgħid il-Mulej, ‘Arawni, jien qiegħed inħejji ħsara għalikom u nfassal pjan kontrikom. Erġgħu lura, kull wieħed minn triqtu l-ħażina. Sewwu triqatkom u għemilkom!’

12“U huma jwieġbu: ‘Kollu ta’ xejn! Skont fehmietna rridu nimxu, u kull wieħed jimxi skont l-ebusija ta’ qalbu l-ħażina.’ ”Ġuda żnaturat

13“Għalhekk dan jgħid il-Mulej:

Stħarrġu fost il-ġnus.

Min qatt sama’ bi ħwejjeġ bħal dawn?

Għemil li jkexkex

għamlet ix-xbejba ta’ Iżrael!

14Jaqaw jgħib mill-għoli tal-blat,

is-silġ tal-Libanu?

Jinxfu forsi l-ilmijiet kiesħa

li jgelglu ’l isfel mill-muntanji?

15Imma l-poplu tiegħi nsieni,

u marru joffru l-inċens lix-xejn.

Fixkluhom fi triqathom,

il-mogħdijiet ta’ dari,

biex qabdu s-sqaqien,

u mhux it-triq imbattma.

16Biex għamlu ħerba minn arthom,

ħaġa taż-żuffjett għal dejjem.

Kull min jgħaddi jistagħġeb,

u jħarrek rasu.

17Bħalma jagħmel ir-riħ mil-Lvant,

jien inxerridhom quddiem l-għedewwa.

Nagħtihom dahri minflok wiċċi,

f’jum qerdithom!”Il-komplott kontra l-Profeta

18L-għedewwa tiegħi qalu: “Ejjew nonsbu nasba lil Ġeremija, għax il-liġi ma tonqosx lill-qassis, lanqas l-għaqal lill-għaref, jew il-kelma lill-profeta. Ejjew noqtluh bi lsienna, u ma nagħtux aktar kas ta’ kliemu.”

19Agħtini widen, Mulej,

isma’ kliem dawk li huma kontrija.

20Jaqaw il-ġid jitħallas bid-deni?

Għax huma ħaffru ħofra għal ħajti.

Ftakar kif jien waqaft quddiemek,

biex nitkellem għall-ġid tagħhom,

biex twarrab il-korla tiegħek minn fuqhom.

21Għalhekk erħi ’l uliedhom għall-ġuħ,

u itlaqhom f’idejn ix-xabla,

u jkunu bla tfal u romol in-nisa tagħhom.

Ħa jmutu l-irġiel tagħhom bil-pesta,

u ż-żgħażagħ tagħhom midruba

bix-xabla fit-taqbida.

22Ħa jinstama’ t-twerżiq minn djarhom,

meta għal għarrieda tibgħat fuqhom il-ħallelin.

Għax ħaffru ħofra biex jaqbduni,

u nasbu trabokk għal riġlejja.

23U inti taf, Mulej,

fehmiethom kollha biex joqtluni;

la taħfrilhomx ħżunithom,

u la tħassarx ’il dnubhom minn quddiemek.

Ħa jsabbtuhom mal-art quddiemek;

agħmel għalihom

fi żmien il-korla tiegħek!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help