ĠEREMIJA 22 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 22Oraklu kontra s-slaten ta’ Ġuda

1Dan qalli l-Mulej: “Inżel id-dar tas-sultan ta’ Ġuda u hemm ħabbar dan il-kliem.

2Għidlu: ‘Isma’ l-kelma tal-Mulej, sultan ta’ Ġuda, int li qiegħed fuq it-tron ta’ David; int u l-qaddejja tiegħek u l-poplu tiegħek, li jgħaddu minn dawn il-bwieb.

3“Dan jgħid il-Mulej: ‘Agħmlu l-ħaqq u s-sewwa u eħilsu l-maħqur minn id l-oppressuri u l-barrani, l-iltim u l-armla la tgħakksuhomx, la tagħmlulhomx vjolenza. La xxerrdux demm l-innoċenti f’dan il-post.

4‘Għax jekk intom tassew tħarsu dan il-kliem, jibqgħu jidħlu minn dan il-bieb is-slaten, li qegħdin fuq it-tron ta’ David, rekbin fuq il-karrijiet u fuq iż-żwiemel, huma u l-qaddejja u l-poplu tagħhom.

6Għax dan jgħid il-Mulej għad-dar tas-sultan ta’ Ġuda:

Bħal Gilgħad int għalija,

bħall-quċċata tal-Libanu,

imma nagħmel minnek deżert,

belt bla nies.

7Inħejji għalik nies qerrieda,

kull wieħed bl-armi tiegħu,

u jqaċċtu l-aħjar taċ-ċedri tiegħek

u jwaddbu kollox fin-nar.

8‘U minn din il-belt għad jgħaddu kotra ta’ ġnus u jistaqsu lil xulxin: ‘Għala l-Mulej għamlilha hekk lil din il-belt kbira,’Is-sultan Sallum

10La tibkux il-mejjet,

la tnewħux għalih,

imma ibku sewwa għal min hu sejjer,

għax ma jerġa’ lura qatt,

u lanqas qatt ma jara art twelidu.

11Għax dan jgħid il-Mulej lil Sallum bin Ġosija, sultan ta’Ġuda, li kien isaltan flok Ġosija missieru, u ħareġ minn dan il-post: “Mhux se jerġa’ lura hawn, qatt iżjed.

12Għax fil-post fejn eżiljawh, priġunier hemm għad imur. U din l-art ma jaraha qatt iżjed.”

Ġeħojakim

13Gwaj għal min jibni daru fuq il-ħażen,

u l-kmamar ta’ fuq bl-inġustizzja;

li jħaddem lil għajru għal xejn,

u ta’ xogħlu ma jħallsux;

14li jgħid: ‘Ħa nibni dar għalija kbira,

bi kmamar fuq imrewħa sewwa’;

li jiftaħ fiha twieqi kbar,

jiksiha biċ-ċedru u

jiżbogħha bl-aħmar.

15Taħseb int li qiegħed issaltan,

għax miklub għaċ-ċedru?

Jaqaw missierek ma kienx jiekol u jixrob?

Ma kienx jagħmel il-ħaqq u s-sewwa,

u kellu r-riżq?

16Kien jagħmel il-ħaqq mal-magħkus,

u kellu r-riżq

u mal-fqir;

Mhux dan ifisser tagħraf lili?

Oraklu tal-Mulej.

17Ma għandekx għajnejn u qalb

ħlief għall-qligħ tiegħek diżonest,

u għat-tixrid ta’ demm in-nies bla ħtija,

u għat-taqriq u t-tagħkis ta’ ħaddieħor.

18Għalhekk dan jgħid il-Mulej

lil Ġeħojakim bin Ġosija, sultan ta’ Ġuda;

“Ma jitnehdux għalih u jgħidu:

‘Jaħasra ħija!’ jew ‘Jaħasra oħti!’

Ma jitnehdux għalih u jgħidu:

‘Jaħasra sidi!’ jew ‘Jaħasra l-kobor tiegħu!’

19Difna ta’ ħmar jidfnuh,

barra bwieb Ġerusalemm

għad ikaxkruh u jarmuh.”Ġerusalemm Imħarbta

20Itla’ fuq il-Libanu u għajjat,

u għolli leħnek f’Basan;

għajjat minn Għabarim,

għax ħbiebek ilkoll inqerdu.

21Kellimtek meta int kont fir-riżq,

u int għedt: “Ma rridx nisma’ ”.

Din kienet triqtek sa minn żgħożitek,

għax qatt ma smajt minn kliemi.

22Ir-rgħajja tiegħek kollha jġorrhom ir-riħ,

u ħbiebek kollha jmorru fil-jasar.

Imbagħad tistħi u titħawwad,

minħabba l-ħażen kollu tiegħek.

23U int li tgħammar fil-Libanu,

int li tbejjet fiċ-ċedri,

kemm għad trid tokrob,

meta jaqbdek l-uġigħ,

l-uġigħ u t-tkagħwiġ ta’ mara fil-ħlas.Ġekonija

24Daqs kemm jien ħaj, oraklu tal-Mulej, imqar kieku Konija bin Ġeħojakim, sultan ta’ Ġuda, kien iċ-ċurkett tas-siġill f’idi l-leminija, minn hemm kont naqilgħek. li wilditek, f’art oħra li intom ma twelidtux fiha, u hemm tmutu.

28X’inhu Konija?

Xi biċċa fuħħar għar-rimi u għat-tkissir?

Xi ħaġa ma togħġob lil ħadd?

Għala hu u nislu mkeċċija,

mitfugħa f’art li biha ma jafux?

29O art, art, art,

isimgħu l-kelma tal-Mulej.

30Dan jgħid il-Mulej:

“Iktbu ’l dan ir-raġel

bħallikieku bla tfal,

bniedem bla riżq f’ħajtu.

Għax ħadd minn nislu ma jirnexxilu

jsib post fuq it-tron ta’ David,

u jerġa’ jsaltan fuq Ġuda.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help