ĠENESI 6 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 6Il-ħażen jikber fuq l-art

1U ġara li meta l-bnedmin bdew joktru fuq l-art u tweldulhom il-bniet,

2raw ulied Alla li l-bniet tal-bnedmin kienu ħelwin, u ’l dawk li għoġbuhom ħaduhom b’nisa tagħhom.

3U l-Mulej qal: “Ma tibqax ruħi aktar fil-bniedem għal dejjem, għax, laħam hu; u jkunu jiemu ta’ mija u għoxrin sena.”

4Kien hemm il-ġganti dak iż-żmien - u wara wkoll - meta wlied Alla resqu lejn il-bniet tal-bnedmin, u huma wildulhom. Dawk kienu n-nies kbar imsemmija sa mill-qedem.Id-dilluvju

9Dan hu n-nisel ta’ Noè. Noè kien bniedem ġust u kien perfett fost in-nies ta’ żmienu; kien jimxi sewwa ma’ Alla. quddiem Alla u mtliet bil-vjolenza.

13U l-Mulej qal lil Noè: “Għalija tmiem il-ħajjin kollha wasal, għax imtliet bil-vjolenza l-art kollha minħabba fihom. Hawn jien se neqridhom minn wiċċ l-art.Sir 40,8-10; Mt 24,37-39.

14Agħmel għalik arka mill-injam taċ-ċipress; qassamha fi kmamar u idlikha minn barra u minn ġewwa bil-qatran.

15U tagħmilha hekk: tliet mitt driegħ tul, ħamsin driegħ wisa’ u tletin driegħ għoli.

16L-arka agħmlilha saqaf u kompliha driegħ ’il fuq. Il-bieb tal-arka tqiegħdu fil-ġenb. Tagħmilha wkoll bi tliet gverti: t’isfel, tan-nofs u t-tielet ta’ fuq.

17Għax arani, jiena se nibgħat dilluvju ilma fuq l-art biex neqred kull ħliqa li fiha nifs il-ħajja taħt is-smewwiet u kulma jinsab fl-art jinqered.Ġen 7,4; 2 Pt 2,5.

18U jien nagħmel patt miegħek: int tidħol fl-arka, int u wliedek, martek u n-nisa ta’ wliedek miegħek.Ġen 9,8-9; Għerf 14,6; Lhud 11,7; 1 Pt 3,20.

19Mill-ħlejjaq ħajjin kollha, minn kull xorta ta’ annimali, tnejn minn kull xorta, iddaħħal fl-arka biex jibqgħu jgħixu miegħek, u jkunu raġel u mara.

20Jidħlu wkoll miegħek minn kull xorta ta’ għasafar skont ġenshom, bil-bhejjem skont ġenshom, mill-annimali li jitkaxkru fl-art skont ġenshom, tnejn minn kull xorta jidħlu biex jgħixu miegħek.

21U inti tieħu miegħek minn kull xorta ta’ ikel, li jista’ jittiekel, u aħżnu miegħek, u jkun l-għajxien tiegħek u tagħhom.”

22U hekk għamel Noè, għamel kulma ordnalu Alla.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help