1Mela fi żmien Sarkedon is-sultan, erġajt lura lejn dari, u reġgħu ngħaqdu miegħi marti Anna u ibni Tobija. Kienet il-festa tagħna ta’ Għid il-Ħamsin, il-festa tal-ġimgħat; dak in-nhar għamluli pranzu kbir u jien inxtħett biex niekol.. Nistennik, ibni, sa ma terġa’ tiġi.”
3U Tobija mar ifittex lil xi ħadd fqir minn ħutna. Meta raġa’ lura Tobija qalli: “Missier.” “Hawn jien, ibni,” weġibtu; u hu wieġeb u qalli: “Ara, hemm wieħed minn niesna, qatluh u xeħtuh fis-suq; għadhom kif fgawh.”
4Qbiżt minn fejn kont, ħallejt il-pranzu bla ma doqt xejn, u mort ġbartu mit-triq, u ħadtu fi dwejra sa ma tgħib ix-xemx biex imbagħad nidfnu.
5Imbagħad erġajt lura lejn id-dar, inħsilt u kilt bid-diqa f’qalbi..L-onestà ta’ Tobit
11Dik il-ħabta Anna, marti, kienet taħdem xi xogħlijiet tan-nisa,
12u kienet tibgħathom għand sjiedhom, u huma kienu jħallsuha.
Darba minnhom fis-seba’ tax-xahar ta’ Distru, qatgħet in-nisġa u bagħtitha lis-sidien, u dawn tawha l-ħlas kollu, u miegħu tawha wkoll gidi għall-mejda.
13Malli daħlet id-dar beda jgħajjat. Sejjaħtilha u staqsejtha: “Dan il-gidi mnejn ġie? Mhux misruq, hux? Erġa’ agħtih lil sjiedu. Ma nistgħu nieklu xejn misruq.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.