1Minħabba f’dan kollu għamilna ftehim bil-miktub, u qiegħdu s-siġill tagħhom fuqu l-kapijiet tagħna, il-Leviti tagħna, u l-qassisin tagħna.
2Dawk li ffirmawh kienu:
Neħemija l-gvernatur, bin Ħakalija, u Sedekija.
3Xeraja, Għażarija, Ġeremija,
4Pasħur, Amarija, Malkija,
5Ħattus, Sebanija, Malluk,
6Ħarim, Meremot, Għobadija,
7Danjel, Ginneton, Bàruk,
8Mesullam, Abija, Mijjamin,
9Magħżija, Bilgaj u Semajja; dawn kienu l-qassisin.
10Il-Leviti kienu: Ġożwè bin Ażanija, Binnuwi, wieħed minn ulied Ħenadad, u Kadmijel;
11ħuthom Sebanija, Ħodija, Kelita, Pelaja, Ħanan,
31Ħalfu li ma nagħtux il-bniet tagħna lin-nies tal-art biex jiżżewġuhom, u li ma niħdux il-bniet tagħhom għas-subien tagħna.
32U jekk in-nies tal-art iġibu xi affarijiet jew xi xorta ta’ qamħ biex ibigħuhom nhar ta’ Sibt, jew f’xi jum ieħor qaddis, ma nixtruhomx mingħandhom. Naħfru wkoll dak li jmissna u dak li għandna nieħdu darba kull seba’ snin.
39Meta l-Leviti jiġbru l-għexur tagħhom għandu jkun hemm magħhom qassis min-nisel ta’ Aron. Il-Leviti, imbagħad, iġibu l-għexur tal-għexur tagħhom fit-tempju ta’ Alla tagħna, fl-imħażen tat-teżor,Num 18,26.
40għax hu fil-kmamar tat-tempju li wlied Iżrael u wlied il-Leviti jġibu l-offerti tal-qamħ, tal-inbid, u taż-żejt. Hemm l-oġġetti sagri, u hemm joqogħdu l-qassisin li jagħtu s-servizz tagħhom fit-tempju, il-purtinara u l-kantanti.
Aħna ma nitilqux it-tempju ta’ Alla tagħna.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.