1Imbagħad is-sultan bagħat jiġbor madwaru x-xjuħ kollha ta’ Ġuda u ta’ Ġerusalemm. tas-santwarji li kien hemm fit-tempju tal-Mulej, u li fihom in-nisa kienu jinsġu lbies għall-Asera., li kien hemm fil-wied ta’ Benħinnom, biex ħadd ma jgħaddi lil ibnu jew lil bintu min-nar f’ġieħ Molok.
16Ġosija dar dawra madwaru, u ra l-oqbra li kien hemm fuq l-għolja, u bagħat iġib l-għadam mill-oqbra, u xerrdu fuq l-artali u niġġishom skont il-kelma tal-Mulej, imxandra mill-bniedem ta’ Alla, meta Ġerobogħam kien ħdejn l-artal nhar il-festa. Imbagħad is-sultan ħares madwaru, u xeħet għajnejh fuq il-qabar tal-bniedem ta’ Alla, li kien ħabbar dawn il-ħwejjeġ.
17Ġosija qal: “X’inhu dak il-borġ ġebel li qiegħed nara?” U weġbuh in-nies tal-belt: “Il-qabar tal-bniedem ta’ Alla li kien ġie minn Ġuda u ħabbar dawn il-ħwejjeġ li int għamilt issa, kontra l-artal ta’ Betel.”
18U hu wieġeb: “Ħalluh, ħadd ma għandu jħarrek għadmu.” Hekk għadmu baqa’ sħiħ flimkien mal-għadam tal-profeta li kien ġie mis-Samarija.
19U Ġosija ġarraf il-bini kollu tas-santwarji li kien hemm fil-belt ta’ Samarija, li kienu bnew is-slaten ta’ Iżrael, biex inkurlaw lill-Mulej, u għamlilhom bħalma kien għamel f’Betel. u l-idoli u l-qżiżijiet kollha li kont tara f’art Ġuda u Ġerusalemm, biex iħares il-kliem tal-liġi miktuba fil-ktieb li kien sab Ħilkija, il-qassis, fit-tempju tal-Mulej.
25U la qablu u lanqas qatt warajh ma kien hemm jew tfaċċa sultan li raġa’ bħalu għal għand il-Mulej b’qalbu kollha, u b’ruħu kollha, u b’ħiltu kollha, biex iħares il-liġi ta’ Mosè.
26Imma l-Mulej ma raġax lura mis-saħna kbira ta’ għadbu li biha saħan għal Ġuda. Għax xegħel għadbu minħabba l-inkejja li biha kien inkieh Manassi.
27U għalhekk il-Mulej kien qal: “Jiena nwarrab lil Ġuda wkoll minn quddiemi, bħalma warrabt lil Iżrael, u nwarrab lil din il-belt, lil Ġerusalemm li jien għażilt, u t-tempju li jien għedt, fih ikun jgħammar ismi.”
28U l-bqija tal-ġrajja ta’ Ġosija, u kulma għamel huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Ġuda.
29Fi żmienu l-Fargħun Neko, sultan tal-Eġittu, tala’ kontra s-sultan tal-Assirja fuq ix-xmara tal-Ewfrat; u s-sultan Ġosija ħareġ iżommu f’Megiddu, imma l-Fargħun qatlu malli rah.
30U l-qaddejja tiegħu ġarrewh mejjet minn Megiddu, u wassluh Ġerusalemm, u difnuh f’qabru. U l-poplu tal-pajjiż ħadu lil Ġeħowaħaż bin Ġosija, u dilkuh u għamluh sultan minflok missieru.Ġeħowaħaż sultan ta’ Ġuda
31Ġeħowaħaż kellu tlieta u għoxrin sena meta beda jsaltan, u baqa’ jsaltan tliet xhur f’Ġerusalemm, u ommu kien jisimha Ħamutal bint Ġeremija, minn Libna.2 Kron 36,2-4.
32U għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej, bħalma kienu għamlu missirijietu.
33Il-Fargħun Neko rabtu bil-ktajjen f’Ribla fil-pajjiż ta’ Ħamat biex ma jsaltanx f’Ġerusalemm, u għabba lill-pajjiż bil-piż ta’ mitt talent fidda u talent deheb.2 Slat 25,6; Eżek 6,14.
34U Neko għamel sultan lil Eljakim bin Ġosija flok Ġosija, missieru, u bidillu ismu f’Ġeħojakim. U ’l Ġeħowaħaż qabdu u ħadu l-Eġittu, u dan miet hemmhekk.
35Ġeħojakim ħallas il-fidda u d-deheb lill-Fargħun, imma biex għamel dan kellu jġiegħel lill-pajjiż iħallas skont ma kien ordna l-Fargħun, kull wieħed kemm kien imissu, u hekk ġabar mingħand il-poplu l-fidda u d-deheb, biex iħallas lill-Fargħun Neko.
Ġeħojakim sultan ta’ Ġuda36Ġeħojakim kellu ħamsa u għoxrin sena meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm; ommu kien jisimha Żebidda bint Pedaja, minn Rumah.2 Kron 36,4-7.
37U għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej, kif kienu għamlu missirijietu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.