MATTEW 16 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 16Il-Fariżej u s-Sadduċej jitolbu sinjal(Mk 8,11-13; Lq 12,54-56)

1Resqu lejh il-Fariżej u s-Sadduċej u, biex iġarrbuh, talbuh jurihom sinjal mis-sema.: “Meta jasal il-ħin ta’ filgħaxija intom tgħidu, ‘Temp tajjeb se jkollna, għax is-sema ħamrani.’

3Iżda mas-sebħ tgħidu, ‘Temp imqalleb illum, għax is-sema ħamrani u msaħħab.’ Jiġifieri, wiċċ is-sema tafu tfissruh, imma għas-sinjali taż-żminijiet ma tinqalgħux.

4Sinjal jitlob nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak ta’ Ġona.” U ħalliehom b’hekk u telaq.Il-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej(Mk 8,14-21; Lq 12,1)

5Huma u jaqsmu għax-xatt l-ieħor id-dixxipli raw li ma kinux ħadu ħobż magħhom.

6Ġesù qalilhom: “Iftħu għajnejkom u ilqgħu ruħkom mill-ħmira tal-Fariżej u s-Sadduċej!” uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet.

18U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex.L-ewwel taħbira tal-mewt u tal-qawmien ta’ Ġesù(Mk 8,31—9,1; Lq 9,22-27)

21Minn dak inhar Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.

22Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: “Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik!”

23Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil għalija, għax m’intix tqis il-ħwejjeġ ta’ Alla, imma qiegħed taħsibha ta’ bniedem li int!”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help