LUQA 18 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 18Il-parabbola tal-imħallef u l-armla

1Imbagħad qalilhom parabbola biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu.Ġesù jbierek it-tfal iż-żgħar(Mt 19,13-15; Mk 10,13-16)

15Ġabulu wkoll quddiemu t-trabi biex iberikhom. Imma d-dixxipli, kif raw dan, qabdu jgħajtu magħhom.

16Ġesù sejħilhom u qalilhom: “Ħalluhom lit-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla.

17Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.”Il-kap li kien għani(Mt 19,16-30; Mk 10,17-31)

18Wieħed kap staqsieh u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”

28Qallu Pietru: “Tajjeb! Aħna ħallejna kulma kellna u ġejna warajk.”

29Ġesù qalilhom: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba s-Saltna ta’ Alla jħallu darhom jew lil marthom jew lil ħuthom jew lill-ġenituri tagħhom jew ’l uliedhom,

30ma hemm ħadd fosthom li f’din id-dinja stess ma jirċevix kollox għal mitt darba iktar, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej.”

It-tielet taħbira tal-mewt u tal-qawmien(Mt 20,17-19; Mk 10,32-34)

31Ġesù sejjaħ lejh it-Tnax u qalilhom: “Ara, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u jseħħ kulma kitbu l-profeti fuq Bin il-bniedem.Ġesù jfejjaq l-agħma ta’ Ġeriko(Mt 20,29-34; Mk 10,46-52)

35Ġara li, huwa u riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità.

36Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara.

37U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret.

38Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!”Mt 9,27; 15,22; Lq 17,13.

39Dawk li kienu mexjin quddiem bdew iċanfruh u jsikktuh, imma hu aktar issokta jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!”

40Ġesù waqaf u ordna li jressquhulu quddiemu. Meta resaq, staqsieh:

41“Xi tridni nagħmillek?” “Li nara, Mulej,” wieġbu dak.Mk 10,36.

42U Ġesù qallu: “Ara, iva! Il-fidi tiegħek salvatek.”Lq 7,50; 17,19.

43U minnufih beda jara, u baqa’ miexi warajh jagħti glorja lil Alla. U l-poplu kollu li ra dan beda jfaħħar lil Alla.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help