SALMI 101 - Maltese Bible with DC

Salm 101L-imġiba tajba tal-mexxejja tal-poplu

1Salm ta’ David.

Ngħanni u nxandar it-tjieba u l-ġustizzja;

lilek, Mulej, irrid ngħanni.

2Irrid nimxi bl-għaqal fit-triq il-perfetta;

meta sa tiġi għandi?

Inġib ruħi b’qalb safja ġewwa dari;

3ebda ħaġa ħażina ma nżomm quddiem għajnejja.

Nobgħod ’il min jagħmel il-ħażen,

u ma norbotx qalbi miegħu.

4Qalb imħassra nżommha ’l bogħod minni;

il-ħażin ma rridx naf bih.

5Min iqassas bil-moħbi fuq għajru,

lil dan jien neqirdu.

Min għajnejh merfugħa u qalbu mkabbra,

ma nistax inġerrgħu.

6Inżomm għajnejja fuq it-twajbin tal-art,

biex dawn joqogħdu miegħi.

Min jimxi fit-triq il-perfetta,

dan hu li jaqdini.

7Ma jgħammarx f’dari min jimxi bil-qerq;

ma jżommx quddiemi min jitkellem bil-gideb.

8Għodwa wara l-oħra neqred il-ħżiena kollha tal-art,

biex inwarrab mill-belt tal-Mulej

’il kull min jagħmel il-ħażen.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help