1U Ħiram, is-sultan ta’ Tir, bagħat messaġġiera għand David, u injam taċ-ċedru u mastrudaxxi u naġġara biex jibnulu dar.
13Imma l-Filistin reġgħu telgħu u tqassmu fil-wied.
14U David stħarreġ lil Alla, u Alla wieġbu: “Titlax għalihom: dur għal warajhom, u ħudhom minn wara, minn biswit is-siġar tal-balzmu.
15Malli tisma’ t-tħaxwix tal-mixi fuq il-qċaċet tas-siġar tal-balzmu, dak il-ħin oħroġ għat-taqbida, għax Alla joħroġ quddiemek, u jkisser il-kamp tal-Filistin.”
16U David għamel bħalma ordnalu Alla, u ħarbat il-kamp tal-Filistin minn Gibgħon sa Geżer.
17U isem David xtered mal-pajjiż kollu, u l-Mulej xeħet il-biża’ tiegħu fuq il-ġnus kollha.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.