SALMI 82 - Maltese Bible with DC

Salm 82L-Imħallef fuq l-imħallfin

1Salm ta’ Asaf.

Alla joqgħod fil-laqgħa tal-allat,

f’nofs l-allat jaqta’ s-sentenza:

2“Kemm se ddumu taqtgħu l-ħaqq bil-ħażen,

u tħarsu lejn wiċċ il-ħżiena?

3Agħmlu l-ħaqq mal-miskin u l-iltim;

mal-magħkus u l-fqir agħmlu s-sewwa.

4Eħilsu d-dgħajjef u l-fqajjar,

minn id il-ħżiena salvawhom.”

5La jafu u lanqas jifhmu, fid-dlam qegħdin jimxu;

u s-sisien kollha tal-art qed jitheżżu.

6Jien għedt li allat intom,

ulied l-Għoli lkoll kemm intom.

7Imma bħal kull bniedem intom tmutu,

bħal kull wieħed mill-kbarat taqgħu.

8Qum, o Alla, agħmel ħaqq mill-art;

għax tiegħek huma l-ġnus kollha!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help