1Ġoram bin Aħab beda jsaltan fuq Iżrael f’Samarija fis-sena tmintax ta’ Ġosafat, sultan ta’ Ġuda; u baqa’ jsaltan tnax-il sena.
2U għamel il-ħażin f’għajnejn il-Mulej, imma mhux daqs missieru u ommu, għax hu qered il-plier ta’ Bagħal, li kien waqqaf missieru.
3Imma baqa’ marbut mad-dnubiet ta’ Ġerobogħam bin Nebat, li fihom kien waqqa’ lil Iżrael; baqa’ ma warrabx minnhom.
4U Mesa, sultan ta’ Mowab, kien irabbi l-bhejjem; u kien iħallas lis-sultan ta’ Iżrael it-tribut ta’ mitt elf ħaruf u s-suf ta’ mitt elf muntun.
5U ġara li meta miet Aħab, is-sultan ta’ Mowab kisirha mas-sultan ta’ Iżrael.
6Għalhekk dakinhar is-sultan Ġoram ħareġ mis-Samarija, u għadd lil Iżrael kollu.
13U Eliżew qal lis-sultan ta’ Iżrael: “X’għandna x’naqsmu bejnietna, jien u int? Mur għand il-profeti ta’ missierek, u l-profeti ta’ ommok.” U s-sultan ta’ Iżrael qallu: “Le! Għala l-Mulej sejjaħ lil dawn it-tliet slaten? Biex jerħihom f’idejn Mowab?”
14U Eliżew wieġeb: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej tal-eżerċti li jien qiegħed naqdi, li ma kontx nirrispetta lil Ġosafat, sultan ta’ Ġuda, ma kontx nagħti kasek, u lanqas biss inħares lejk.
15U issa ġibuli min idoqq l-arpa.”
Kif kien id-daqqaq idoqq l-arpa, ġara li niżlet id il-Mulej fuq Eliżew..
23U qalu: “Dan demm! Żgur li s-slaten tlewmu bejniethom, u tqatlu, u darbu lil xulxin; mela issa għall-priża, Mowabin!”
24U rħewlha lejn il-kamp ta’ Iżrael; u dawn ħarbu minn quddiemhom. U l-Iżraelin baqgħu sejrin jidorbu lill-Mowabin.
25Ġarrfu l-ibliet, u fuq kull biċċa raba’ tajba waddbu l-ħaġar, kull wieħed waħda, sa ma mlewhom, u saddew l-għejun kollha tal-ilma, u qaċċtu kull siġra tal-frott. Kien baqa’ biss il-ħitan tal-ġebel ta’ Kirħarexet; u dawruha l-arċieri, u ħabtu għaliha.
26Meta s-sultan ta’ Mowab ra li ma kienx jiflaħ għat-taqbida, ħa miegħu seba’ mitt raġel bix-xabla f’idejhom biex jiftaħ triq għal quddiem is-sultan ta’ Edom, imma ma rnexxilhomx.
27U qabad lil ibnu l-kbir, li kellu jsaltan floku, u offrieh sagrifiċċju tal-ħruq fuq is-sur; u xegħlet qilla kbira għal Iżrael; u dawn tbiegħdu minnu u reġgħu lura lejn arthom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.