EŻODU 25 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 25L-offerti għat-tabernaklu

1U l-Mulej qal lil Mosè:L-arka

10“Jagħmlu arka tal-gażżi; żewġt idriegħ u nofs it-tul, driegħ u nofs il-wisa’, u driegħ u nofs l-għoli tagħha

17“Agħmlilha għatu tad-deheb fin, żewġt idriegħ u nofs twil, u driegħ u nofs wiesa’., u tqegħedhom wieħed kull naħa fiż-żewġt itruf tal-għatu.

19Tqiegħed kerubini, wieħed f’tarf, u l-ieħor f’tarf ieħor; kull kerubin biċċa waħda mal-għatu.

20Il-kerubini jkunu bil-ġwienaħ miftuħa ’l fuq u jgħattu bi ġwenħajhom l-għatu, u jħarsu lejn xulxin.

21U tqiegħed l-għatu fuq wiċċ l-arka, u fl-arka tqiegħed ix-xhieda miktuba li se nagħtik..L-imnara

31“Int tagħmel ukoll imnara tad-deheb fin; tagħmilha tad-deheb mastizz: is-sieq u l-bastun tagħha, bil-ġewż u ż-żibeġ u ż-żahar, ikunu biċċa waħda magħha.

32Joħorġu sitt friegħi mill-ġnub tagħha, tliet friegħi minn naħa u tliet friegħi min-naħa l-oħra.

33Ikun hemm tliet ġewżiet f’forma taż-żahar tal-lewż, biż-żibġa u l-weraq, fuq fergħa; tliet ġewżiet f’forma taż-żahar tal-lewż, biż-żibġa u l-weraq, fuq il-fergħa l-oħra; u hekk l-istess is-sitt friegħi kollha ħerġin mill-imnara.

34Fl-imnara jkun hemm erba’ ġewżiet f’forma taż-żahar tal-lewż, biż-żibġa u l-weraq, u jkun hemm ġewżiet biċċa waħda magħha taħt is-sitt friegħi ħierġa minnha,

35u żibġa taħt żewġ friegħi tagħha; żibġa taħt żewġ friegħi oħra; u żibġa taħt l-aħħar żewġ friegħi tagħha; hekk għas-sitt friegħi ħerġin mill-imnara.

36Il-ġewżiet u l-friegħi jkunu biċċa waħda magħha; kollox biċċa waħda tad-deheb mastizz fin.

37Agħmel seba’ msiebaħ għaliha u qegħedhom fuqha biex jixegħlu madwarha.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help