1Għall-mexxej tal-kor. Ta’ David.
Fil-Mulej hu l-kenn tiegħi;
mela kif tgħiduli: “Aħrab bħal għasfur lejn l-għolja;
2għax, ara, il-midinbin qed jiġbdu l-qaws,
u jqabbdu mal-watar il-vleġġa,
biex jolqtu fid-dlam lin-nies ta’ qalb safja.
3Jekk is-sisien jinqalbu,
il-bniedem ġust x’jista’ jagħmel?”
4Il-Mulej hu fit-tempju mqaddes tiegħu,
il-Mulej fis-sema għandu t-tron tiegħu;
għajnejh fuq il-bnedmin jitfa’,
bi xfar għajnejh jiflihom.
5Jgħarbel il-Mulej il-ġust u l-ħażin;
hu jobgħod ’il min iħobb id-dnewwa.
6Xita ta’ ġamar u kubrit jitfa’ fuq il-ħżiena;
riħ jikwi jkun is-sehem li ħaqqhom.
7Għax ġust hu l-Mulej, u jħobb il-ġustizzja;
wiċċu jdawwar lejn min hu sewwa.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.