NUMRI 29 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 29Il-festi tal-Ħarifa

1“Fis-seba’ xahar, fl-ewwel tax-xahar, ikollkom laqgħa mqaddsa; ma tagħmlu ebda xogħol; ikun għalikom jum iż-żarżir tat-tromba.Eż 23,16; 34,22; Lev 23,23-25; Num 10,5-10.

2Toffru sagrifiċċju tal-ħruq b’riħa tfuħ lill-Mulej; għoġol, muntun u sebat iħrief tas-sena bla difett;

3bl-offerta ta’ tlieta minn għaxra ta’ efa smid miblul fiż-żejt għall-għoġol,

4u tnejn minn għaxra għall-muntun, u waħda minn għaxra għal kull ħaruf mis-sebat iħrief.

5U bodbod għall-purifikazzjoni tal-ħtija tagħkom,

6minbarra s-sagrifiċċju tal-ewwel tax-xahar bl-offerta tiegħu, u s-sagrifiċċju ta’ kull jum bil-libazzjoni tiegħu maħruq lill-Mulej b’riħa tfuħ skont ir-rit tagħhom.

7Fl-għaxra ta’ dan is-seba’ xahar ikollkom laqgħa mqaddsa, u tgħakksu lilkom infuskom u ma tagħmlu ebda xogħol;Lev 16; 23,26-32.

8u toffru sagrifiċċju tal-ħruq b’riħa tfuħ lill-Mulej; għoġol, muntun u sebat iħrief tas-sena bla difett,

9bl-offerta ta’ tlieta minn għaxra ta’ efa smid miblul fiż-żejt għall-għoġol, u tnejn minn għaxra għall-muntun,

10u waħda minn għaxra għal kull ħaruf mis-sebat iħrief;

11u toffru bodbod għall-purifikazzjoni tal-ħtija, minbarra s-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni bi tpattija, u s-sagrifiċċju ta’ kull jum, bl-offerta u l-libazzjonijiet tiegħu.

12“Fil-ħmistax-il jum tas-seba’ xahar ikollkom laqgħa mqaddsa, u ma tagħmlu ebda xogħol, u tagħmlu festa għal sebat ijiem lill-Mulej.Eż 23,14; Lev 23,33-43; Dt 16,13-15; Eżek 45,25; Ġw 7,2.

13U toffru sagrifiċċju tal-ħruq b’riħa tfuħ lill-Mulej; tlittax-il għoġol, żewġ imtaten u erbatax-il ħaruf tas-sena bla difett,

14bl-offerta ta’ tlieta minn għaxra minn efa smid miblul fiż-żejt għal kull għoġol mit-tlettax-il għoġol; tnejn minn għaxra għal kull muntun miż-żewġ imtaten;

15u waħda minn għaxra għal kull ħaruf mill-erbatax-il ħaruf.

16U bodbod wieħed għall-purifikazzjoni, minbarra s-sagrifiċċju ta’ kull jum bl-offerta u l-libazzjoni tiegħu.

17“Fit-tieni jum toffru tnax-il għoġol, żewġ imtaten, u erbatax-il ħaruf tas-sena bla difett,

18bl-offerta u l-libazzjonijiet tagħhom għall-għoġiela, għall-imtaten, u għall-ħrief skont l-għadd u r-rit tagħhom;

19bodbod għall-purifikazzjoni bl-offerta u l-libazzjonijiet tiegħu, minbarra s-sagrifiċċju ta’ kull jum bl-offerta u l-libazzjonijiet tiegħu.

20“U fit-tielet jum toffru ħdax-il għoġol, żewġ imtaten u erbatax-il ħaruf tas-sena bla difett,

21bl-offerta u l-libazzjonijiet tagħhom għall-għoġiela, għall-imtaten, għall-ħrief skont l-għadd u r-rit tagħhom.

22U bodbod għall-purifikazzjoni, minbarra s-sagrifiċċju ta’ kull jum bl-offerta u l-libazzjonijiet tagħhom.

23“U fir-raba’ jum toffru għaxar għoġiela, żewġ imtaten u erbatax-il ħaruf tas-sena bla difett

24bl-offerta u l-libazzjonijiet tagħhom għall-għoġiela, għall-imtaten u għall-ħrief skont l-għadd u r-rit tagħhom;

25u bodbod għall-purifikazzjoni, minbarra s-sagrifiċċju ta’ kull jum bl-offerta u l-libazzjoni tagħhom.

26“U fil-ħames jum toffru disa’ għoġiela, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf tas-sena bla difett

27bl-offerta u l-libazzjonijiet tagħhom għall-għoġiela, għall-imtaten u għall-ħrief skont l-għadd u r-rit tagħhom;Num 29,30-37.

28u bodbod għall-purifikazzjoni, minbarra s-sagrifiċċju ta’ kull jum bl-offerta u l-libazzjoni tagħhom.

29“U fis-sitt jum toffru tmien għoġiela, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf tas-sena bla difett,

30bl-offerta u l-libazzjonijiet tagħhom għall-għoġiela, għall-imtaten u għall-ħrief skont l-għadd u r-rit tagħhom;

31u bodbod għall-purifikazzjoni, minbarra s-sagrifiċċju ta’ kull jum bl-offerta u l-libazzjoni tagħhom.

32“U fis-seba’ jum toffru seba’ għoġiela, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf tas-sena bla difett,

33bl-offerta u l-libazzjonijiet tagħhom għall-għoġiela, għall-imtaten u għall-ħrief skont l-għadd u r-rit tagħhom;

34u bodbod għall-purifikazzjoni, minbarra s-sagrifiċċju ta’ kull jum bl-offerta u l-libazzjoni tagħhom.

35“Fit-tmien jum tagħmlu l-laqgħa tal-aħħar; ma tagħmlu ebda xogħol.Lev 23,36; Ġw 7,37.

36U toffru b’riħa tfuħ lill-Mulej: għoġol, muntun, sebat iħrief tas-sena bla difett,

37bl-offerta u l-libazzjoni tagħhom għall-għoġol, għall-muntun u għall-ħrief skont l-għadd u r-rit tagħhom;

38u bodbod għall-purifikazzjoni, minbarra s-sagrifiċċju ta’ kull jum bl-offerta u l-libazzjoni tagħhom.

39“Dawn huma s-sagrifiċċji li tagħmlu lill-Mulej fil-festi tagħkom minbarra l-wegħdi u l-għotjiet minn rajkom, li tistgħu tagħmlu, ta’ sagrifiċċji tal-ħruq, offerti, libazzjonijiet u sagrifiċċji ta’ sliem.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help