ĠUDITTA 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5Laqgħa tal-kunsill tal-gwerra

1Oloferne, il-ġeneral kmandant tal-eżerċtu tal-Assiri, ħabbrulu li wlied Iżrael kienu qegħdin jitħejjew għall-gwerra, u għalhekk ħatfu f’idejhom il-mogħdijiet lejn il-muntanji, u dawru bil-ħitan il-qċaċet tal-ogħla muntanji, u mlew il-pjanuri bit-tfixkil.

2U għadab bis-sħiħ, u sejjaħ il-kapijiet kollha ta’ Mowab, u l-kmandanti ta’ Għammon, u l-gvernaturi tax-xtut,, il-kap tal-Għammonin kollha: “Ħa jisma’ sidi kelma waħda minn fomm il-qaddej tiegħu, u jien ngħidlek is-sewwa kollu dwar dan il-poplu, li jgħammar fuq dawn il-muntanji, li tinsab qribhom; ebda gidba ma toħroġ minn fomm il-qaddej tiegħek.

6“Dan il-poplu hu nisel il-Kaldin;

7għall-ewwel kien jgħammar fil-Mesopotamja, għaliex ma ridux jimxu wara l-allat ta’ missirijiethom, li kien hemm fl-art tal-Kaldin;

10Meta mbagħad waqa’ l-ġuħ fuq wiċċ l-art ta’ Kangħan, huma niżlu l-Eġittu u qagħdu hemm sakemm setgħu jsibu x’jieklu. Hemm saru kotra kbira u n-nisel tagħhom kien bla qjies.

22Meta Aħjor qal dan u temm kliemu, qamet għagħa kbira fost in-nies li kienu madwar it-tinda, u bdew igergru. Il-kbarat ta’ madwar Oloferne, u n-nies kollha li jgħammru fix-xtut, u fl-art ta’ Mowab bdew jitolbuh li jqattgħu bċejjeċ.

23“Ma nħallux,” qalulu, “il-biża’ jegħlibna quddiem dan il-poplu ta’ Iżrael, poplu bla saħħa u bla ħila biex iżomm iebes quddiemna.

24“Għalhekk nitilgħu għalihom, sidna Oloferne, u nagħmlu minnhom ikel għall-eżerċtu tiegħek.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help