ĠUDITTA 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7L-assedju ta’ Betulja

1L-għada Oloferne ordna lill-eżerċtu tiegħu kollu u n-nies li kienu ngħaqdu miegħu għall-gwerra biex jitilqu lejn Betulja, jaqbdu taħt idejhom il-mogħdijiet lejn il-muntanji, u jaħbtu għall-Iżraelin.

2Dak in-nhar stess telqu l-irġiel qalbiena tagħhom. L-eżerċtu tal-gwerriera kien ilaħħaq mal-mija u sebgħin elf fanterija u tnax-il elf kavallerija, barra dawk li kienu jieħdu ħsieb il-provvisti u oħrajn li kienu miexja magħhom - kotra tassew kbira.

3Waqqfu l-kamp fil-wied qrib Betulja, ħdejn l-għajn; il-kamp fil-wisa’ tiegħu kien jieħu lejn Dotajn sa Belmajn, u fit-tul minn Betulja sa Kijamun biswit Esdrelon.

4Kif raw dik il-kotra kollha, l-Iżraelin tħawdu sewwa u bdew jgħidu lil xulxin: “Dawn in-nies se jibilgħu l-art kollha, u la l-ogħla muntanji u la l-widien, u lanqas l-għoljiet, ma jifilħu l-piż tagħhom.”

5Imbagħad kull wieħed qabad l-armi, qabbdu n-nar fuq it-torrijiet, u qagħdu għassa l-lejl kollu.

6L-għada Oloferne ħareġ il-kavallerija kontra l-Iżraelin li kienu f’Betulja.

7Tkixxef il-mogħdijiet li kienu jieħdu għall-belt tagħhom, fittex l-għejun tal-ilma u ħadhom f’idejh, u qiegħed ġemgħat ta’ għases armati magħhom, u mbagħad raġa’ lura lejn niesu.

8Imbagħad resqu lejh il-kapijiet kollha ta’ wlied Għesaw, il-kapijiet kollha tal-poplu ta’ Mowab u l-kmandanti tax-xtajta, u qalulu:

9“Ħa jisma’ kelma, is-sid tagħna, biex ma tmurx tiġri xi ħsara fl-eżerċtu tiegħek.

23Il-poplu kollu - żgħażagħ, nisa u tfal - inġabru madwar Għużżija u l-kapijiet tal-belt, u bdew jgħajtu b’leħen għoli u jgħidu lix-xjuħ;

24“Ħa jiġġudika Alla bejnna u bejnkom, intom għamiltulna ħsara kbira meta ma fittixtux il-paċi tal-Assiri.Ġen 16,5.

25Issa ma għandna ebda għajnuna; Alla biegħna f’idejhom biex nintemmu quddiemhom bil-għatx u b’telf kbir.Mħ 2,14.

26Mela sejħulhom u itilqu l-belt bi priża f’idejhom, f’idejn in-nies ta’ Oloferne u l-eżerċtu tiegħu kollu;

27aħjar għalina li jeħduna f’idejhom, naqgħu lsiera u nibqgħu ħajjin; u ma narawx it-trabi tagħna mejtin quddiemna, u lanqas in-nisa u wliedna ma jieħdu l-aħħar nifs.

28Ħa jkunu xhieda kontra tagħkom is-sema u l-art, u Alla tagħna u Sid missirijietna, Alla li qiegħed jikkastigana minħabba dnubietna u d-dnubiet ta’ missirijietna. Jalla ma jseħħx illum dan kollu.”

29U lkoll flimkien fil-ġemgħa nfexxew f’biki kbir, u bdew jitolbu u jgħajtu b’leħen qawwi quddiem il-Mulej Alla.

30Għużżija qalilhom: “Agħmlu l-qalb, ħuti, inżommu għal ħamest ijiem oħra; sakemm il-Mulej iħenn għalina, għax Hu ma jitlaqna qatt għalkollox.

31Jekk imbagħad jgħaddi dan iż-żmien, u ma taslilna ebda għajnuna, nagħmel kif qegħdin tgħidu.”

32U bagħat lil kulħadd f’postu; u marru fuq is-swar u t-torrijiet tal-belt. Lin-nisa u t-tfal bagħathom fi djarhom. U fil-belt kien hemm qtigħ il-qalb kbir.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help