DEWTERONOMJU 15 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 15Is-sena tal-maħfra

1“Fi tmiem kull seba’ snin tagħmel il-maħfra;

7“Jekk ikun hemm xi ħadd fil-bżonn minn fost ħutek f’xi waħda minn bliet artek, li l-Mulej, Alla tiegħek, se jagħtik, la twebbisx qalbek u tagħlaqx idek għal ħuk fil-bżonn.

8Imma iftaħ idek miegħu, u isilfu skont ma jkollu bżonn.

12“Jekk ibigħulek lil xi ħadd minn ħutek, Lhudi jew Lhudija, iservik sitt snin, u fis-seba’ sena titilqu ħieles minn miegħek.

16“Jekk huwa jgħidlek: ‘Ma rridx nitlaq minn miegħek,’ għax iħobbok u jħobb lil darek, għax ikun qiegħed tajjeb miegħek,Eż 21,5-6.

17ħu xifa u taqqablu widintu mal-bieb, u jkun ilsir tiegħek għal dejjem, u agħmel l-istess mal-mara lsira tiegħek.

18“La teħodhiex bi kbira li tħallih jitlaq ħieles minn miegħek; għaliex għal sitt snin ikun ħadimlek darbtejn daqskemm jiswa l-ħlas tal-ħaddiem mikri; u jbierkek il-Mulej, Alla tiegħek, f’kulma tagħmel.

L-ewwel frieħ

19“Kull ferħ raġel li jitwieled l-ewwel mill-baqar jew l-imrieħel tiegħek tikkonsagrah lill-Mulej, Alla tiegħek; ma tagħmel ebda xogħol bl-ewwel ferħ tal-baqar tiegħek u ġġiżżx l-ewwel ferħ tan-nagħaġ tiegħek.Eż 13,11-12; 22,30; 34,19; Num 18,17-18.

20Minn sena għal sena, dawn il-frieħ tikolhom flimkien mal-familja tiegħek quddiem il-Mulej, Alla tiegħek, fil-post li l-Mulej, Alla tiegħek, ikun għażel.Dt 14,23.

21Jekk il-ferħ ikun fih xi nuqqas, agħma jew zopp, jew ikollu xi difett kbir ieħor, toffrihx b’sagrifiċċju lill-Mulej, Alla tiegħek.Lev 22,20; Dt 12,15-16.

22Imniġġes jew safi, tieklu fi blietek, bħalma tieklu l-għażżiela u ċ-ċerva.Dt 12,15.

23Biss m’għandekx tiekol demmu, iżda xxerrdu fl-art bħall-ilma.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help