SALMI 125 - Maltese Bible with DC

Salm 125Alla jħares lill-poplu

1Għanja tat-Telgħat.

Min jittama fil-Mulej hu bħall-għolja ta’ Sijon,

li qatt ma titħarrek, imma fis-sod għal dejjem.

2Bħalma l-għoljiet iduru madwar Ġerusalemm,

hekk il-Mulej madwar il-poplu tiegħu,

minn issa u għal dejjem.

3Ma jitħalliex ix-xettru tal-ħżiena

fuq l-art, wirt il-ġusti,

biex ma jiġrix li l-ġusti imiddu idejhom għall-ħażen.

4Agħmel il-ġid, Mulej, lit-tajbin

u lil dawk ta’ qalbhom safja.

5Imma ’l dawk li jgħawġu triqthom

jitlaqhom il-Mulej ma’ dawk li jagħmlu l-ħażen.

Sliem għal Iżrael!

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help