1Il-Makkabi u n-nies tiegħu mmexxija mill-Mulej, reġgħu ħadu f’idejhom it-tempju u l-belt;Żmien Antijoku V Ewpator (163-162 QK)
10Issa nirrakkuntaw il-ġrajja ta’ żmien Antijoku Ewpator, bin dak ix-xellerat, u ngħidu xi ħaġa fil-qosor dwar il-ħsarat li ġiebu magħhom il-gwerer.
11Malli ħa l-poter f’idejh telaq l-amministrazzjoni tas-saltna f’idejn wieħed jismu Lisja, il-gvernatur ġenerali taċ-Ċelesirja u l-Feniċja., beda jimxi bis-sewwa mal-Lhud, minħabba l-inġustizzji li kienu saru magħhom qabel, u fittex li jmur tajjeb magħhom.
13U minħabba f’hekk, il-ħbieb akkużawh quddiem Ewpator. Barra dan kien jisma’ lil kulħadd isejjaħlu traditur; għax kien telaq lil Ċipru li Filometor kien ħalla f’idejh, u mar għal ma’ Antijoku Epifani. Minħabba f’hekk ma setax iżomm aktar il-kariga għolja li kellu, u xorob il-velenu u temm ħajtu.
14Gorġja, li kien laħaq gvernatur ta’ dawk l-inħawi, beda jiġbor truppi barranin u jfittex kull okkażjoni biex jaħbat għal-Lhud.
15U fl-istess ħin l-Edomin ukoll, li kellhom f’idejhom l-aħjar fortizzi, kienu jħabbtu lil-Lhud u jilqgħu l-maħrubin minn Ġerusalemm, u jfittxu li jżommu ħajja l-gwerra.
16Il-Makkabi u n-nies tiegħu għamlu supplika u talbu lil Alla li jkun alleat tagħhom u ħabtu għall-fortizzi tal-Edomin.2 Mak 8,23-24.
17Attakkawhom b’ħilithom kollha u ħatfuhom f’idejhom, għelbu ’l dawk kollha li kienu jiġġieldu fuq is-swar, qatlu lil kull min iltaqgħu miegħu, u qerdu mhux inqas minn għoxrin elf ruħ.
18Mhux inqas minn disat elef marru jistkennu f’żewġ torrijiet iffortifikati mgħammra b’kulma kien jenħtieġ għal assedju.
19Il-Makkabi, imbagħad, wara li ħalla hemm lil Xmun u lil Ġużeppi u wkoll lil Żakkew u n-nies tiegħu li kienu biżżejjed għall-assedju, mar fejn l-aktar kien meħtieġ.
20Imma n-nies ta’ Xmun, mirgħuba għall-flus, ħallew ruħhom jinxtraw min-nies li kienu fit-torrijiet u wara li qabdu f’idejhom sebgħin elf drakma, ħallew lil xi wħud minnhom jaħarbu.
21Il-Makkabi, malli qalulu b’li ġara, sejjaħ il-kapijiet tal-poplu u akkużahom li biegħu lil ħuthom għall-flus billi ħallew l-għedewwa tagħhom jaħarbu.
22Imbagħad qatel lit-tradituri u minnufih ħa f’idejh iż-żewġ torrijiet.
23Mar tajjeb f’kull impriża tal-armi li daħal għaliha, u qered aktar minn għoxrin elf ruħ fil-fortizzi.
Ir-rebħa fuq Timotju24Timotju, li qabel kienu għelbuh il-Lhud, ġama’ kotra kbira ta’ truppi barranin u ġabar kavallerija kbira mill-Asja, u ġie biex jaħtaf il-Lhudija bl-armi.
25Meta dan kien riesaq lejhom, il-Makkabi u n-nies tiegħu bdew jitolbu lil Alla, bl-irmied fuq rashom u xkejjer ma’ qaddhom.
26Mixħuta wiċċhom fl-art quddiem l-artal talbu lill-Mulej iħenn għalihom u li jsir għadu tal-għedewwa tagħhom u jeħodha ma’ dawk li qamu għalihom, skont ma kienet tgħid il-Liġi.
27Wara li kienu talbu qabdu l-armi, u tbiegħdu biċċa sewwa mill-belt. Kif qorbu lejn l-għedewwa waqfu biswithom.
28Ma’ tlugħ ix-xemx, ġew fl-idejn. Bħala rahan tar-riżq u r-rebħa, barra l-ħila tagħhom, min-naħa l-waħda kellhom il-fiduċja tagħhom fil-Mulej u min-naħa l-oħra d-dagħdigħa li kellhom fuqhom fit-taqbida.
29Kif leħqet fl-eqqel tagħha l-battalja, dehru lill-għedewwa mis-sema ħamest irġiel jiddu fuq iż-żwiemel bl-ilġiem tad-deheb imexxu l-Lhud.
30Dawn qiegħdu lill-Makkabi f’nofshom, satruh bl-armi tagħhom, u dawruh b’mod li ma setax jindarab; imma fuq l-għedewwa bdew iwaddbu vleġeġ u sajjetti, u billi dawn waqa’ għama sħiħ fuqhom, tħabblu u tħawdu, u bdew jaqgħu.
31Minnhom inqerdu għoxrin elf u ħames mitt suldat u sitt mitt kavallier.
32Timotju ħarab fil-fortizza jgħidulha Geżer, armata sewwa, taħt il-kmand ta’ Kereja.
33In-nies tal-Makkabi kollhom ħeġġa assedjaw il-fortizza għal erbat ijiem.
34Dawk li kienu ġewwa b’moħħhom mimli bil-qawwa tal-post bdew jidgħu kemm jifilħu u jwaddbu kliem faħxi.
35Malli sebaħ il-ħames jum għoxrin żagħżugħ minn madwar il-Makkabi, mixgħula bil-qilla minħabba d-dagħa, inxteħtu għal fuq is-sur b’ħila ta’ rġiel u b’saħna ta’ bhejjem selvaġġi, u qatlu kemm waqgħu taħt idejhom.
36L-oħrajn imbagħad f’din il-konfużjoni telgħu għall-assedjati minn naħa oħra u ħabtu għalihom; taw in-nar lit-torrijiet, qabbdu l-ħġejjeġ u lill-midgħajja ħarquhom ħajjin. Oħrajn imbagħad sfrundaw il-bibien, daħħlu l-bqija tal-eżerċtu, u ħatfu l-belt f’idejhom.
37Fl-aħħar imbagħad qatlu lil Timotju li kien moħbi f’bir, u lil ħuh Kereja u lil Apollofani.
38X’ħin temmew dan kollu bdew ifaħħru lill-Mulej b’innijiet u għana ta’ radd il-ħajr, għax kien għamel ġid kbir ma’ Iżrael u tahom ir-rebħa.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.