2 KRONAKI 25 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 25Is-saltna ta’ Amasija

1Amasija kellu ħamsa u għoxrin sena meta beda jsaltan; u saltan f’Ġerusalemm għal disgħa u għoxrin sena u ommu kien jisimha Ġeħogħaddan minn Ġerusalemm.Il-gwerra kontra Edom

5U Amasija ġabar ’il Ġuda, u qassamhom skont id-djar ta’ missirijiethom, bil-fizzjali tal-eluf u l-kapijiet tal-mijiet għal Ġuda u Benjamin kollha; u għaddhom ilkoll minn għoxrin sena ’l fuq, u sab li kien hemm tliet mitt elf ruħ magħżula, tajbin għall-gwerra, li kellhom il-ħila jużaw il-lanza u t-tarka.

6U qabbad mitt elf gwerrier qalbieni minn Iżrael b’mitt talent tal-fidda.

7U ġie għandu bniedem ta’ Alla u qallu: “O Sultan, tħallix jiġi miegħek l-eżerċtu ta’ Iżrael għax il-Mulej mhuwiex ma’ Iżrael, ilkoll ulied Efrajm.

8Imma jekk inti tmur, agħmel il-ħila u tqabad waħdek, inkella Alla jixħtek fl-art quddiem l-għedewwa tiegħek, għax Alla għandu l-ħila li jgħin jew ifixkel.”

9U Amasija wieġeb lill-bniedem ta’ Alla: “U x’nagħmel għall-mitt talent li tajt għall-eżerċtu ta’ Iżrael?” U l-bniedem ta’ Alla wieġbu: “Il-Mulej jista’ jagħtik ħafna aktar minn dan.”

10Imbagħad Amasija bagħat lura l-eżerċtu li kien ġie għandu minn Efrajm. U xegħlu bl-għadab għal Ġuda, u marru lura f’pajjiżhom b’dagħdigħa u saħna fuqhom.

11U Amasija għamel il-qalb, u ħareġ bin-nies tiegħu, u telaq lejn Wied il-Melħ, u darab għaxart elef minn ulied Xegħir.

25U Amasija bin Ġowas, sultan ta’ Ġuda, għex ħmistax-il sena wara l-mewt ta’ Ġowas bin Ġeħowaħaż, sultan ta’ Iżrael.

26U l-bqija tal-ġrajja ta’ Amasija, mill-bidu sal-aħħar, jinsabu miktuba fi Ktieb is-Slaten ta’ Ġuda u Iżrael.

27U mindu warrab Amasija minn wara l-Mulej, għamlu konfoffa kontra tiegħu f’Ġerusalemm, u hu ħarab lejn Lakis, u bagħtu nies warajh f’Lakis u qatluh hemm.

28Ġarrewh fuq iż-żwiemel, u difnuh ma’ missirijietu fil-belt ta’ Ġuda.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help