1Ġara li, meta Samwel kien xjieħ, qiegħed lil uliedu mħallfin fuq Iżrael.
2Il-kbir kien jismu Ġoel u ta’ warajh Abija. U kienu jagħmlu l-ħaqq f’Birsaba.
3Uliedu ma mxewx bħalu; ħsiebhom kien li jagħmlu kull xorta ta’ qligħ, jieħdu r-rigali, u jgħawġu l-ġustizzja.
4Ix-xjuħ kollha ta’ Iżrael inġemgħu u marru għand Samwel f’Rama,
5u qalulu: “Ara, inti xjeħt, u wliedek ma qabdux triqtek. Issa agħmlilna sultan biex imexxina bħall-ġnus kollha.”
13“U jieħu l-bniet tagħkom biex jaħdmu l-fwieħa, isajru u jagħġnu.
14U mir-raba’ tagħkom, mill-oqsma tad-dwieli tagħkom, u taż-żebbuġ tagħkom jieħu l-aħjar, u jagħtihom lill-qaddejja tiegħu.1 Sam 22,7; 1 Slat 21,1-24; Eżek 46,18.
15Jieħu mill-għaxra waħda tal-miżirgħa u tal-oqsma tad-dwieli tagħkom, u jagħtihom lill-kortiġjani u ’l-uffiċjali tiegħu.
16U jeħdilkom l-aħjar minn fost l-ilsiera, irġiel u nisa, u l-aħjar mill-baqar u l-ħmir tagħkom, u jqabbadhom jaħdmu fix-xogħol tiegħu.
17Jieħu mill-għaxra waħda tal-imrieħel tagħkom u intom tkunu lsiera tiegħu.1 Slat 12,4; Prov 1,25-33; Mik 3,4.
18U dakinhar tgħajtu minħabba s-sultan li tkunu ħtartu, imma l-Mulej dakinhar ma jismagħkomx.”
19Imma l-poplu ma riedx jisma’ minn kliem Samwel, u qalulu: “Le! ħa jkollna sultan fuqna,1 Sam 10,19.
20ħa nkunu aħna wkoll bħall-ġnus kollha; ħa jaħkem fuqna sultan tagħna, u jimxi quddiemna u jmexxi t-taqbid tagħna.”
21U Samwel sama’ l-kliem kollu tal-poplu u tenniehom f’widnejn il-Mulej.
22U l-Mulej qal lil Samwel: “Isma’ minn kliemhom, u agħmlilhom sultan.” U Samwel qal lill-irġiel ta’ Iżrael: “Kulħadd imur lejn beltu.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.