ATTI TAL-APPOSTLI 24 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 24L-akkuża kontra Pawlu

1Ħamest ijiem wara niżel il-qassis il-kbir Ħananija ma’ xi wħud mix-xjuħ u ma’ ċertu avukat jismu Tertullu, u ressqu l-każ tagħhom kontra Pawlu quddiem il-gvernatur...

8Int stess tista’ tistaqsih biex tkun taf mingħandu wkoll fuqiex qegħdin nakkużawh.”

9Il-Lhud ukoll qablu miegħu u bdew jgħidu li l-fatt kien hekk tassew.

Id-difiża ta’ Pawlu quddiem Feliċ

10Il-gvernatur għamillu sinjal biex jitkellem u Pawlu wieġeb: “Jiena naf li int ilek għal ħafna snin tiggverna lil dan il-poplu; għalhekk nagħmel il-qalb u niddefendi l-kawża tiegħi.

11Kif int tista’ tkun taf, ma ilix aktar minn tnax-il jum li tlajt Ġerusalemm biex nagħti qima fit-tempju;, jiena naqdi lil Alla ta’ missirijietna u nemmen dak kollu li hemm fil-Liġi u l-Profeti,

22Feliċ, li kellu tagħrif sewwa ħafna dwar it-Triq tal-Mulej, ħalliehom għal darb’ oħra u qalilhom: “Meta jinżel Lisja, il-fizzjal, nara sewwa l-każ tagħkom.”

23Imbagħad qal liċ-ċenturjun biex iżomm lil Pawlu u jagħmillu l-għassa; imma jagħtih ukoll ftit tal-libertà u ma jżomm lil ħadd minn ħbiebu milli jersqu jgħinuh.

24Ftit jiem wara ġie Feliċ ma’ martu Drusilla, li kienet Lhudija. Bagħat għal Pawlu u qagħad jisimgħu jitkellem fuq il-fidi f’Ġesù Kristu.

25Pawlu beda jiddiskuti miegħu fuq il-ġustizzja, fuq it-trażżin tal-passjonijiet u fuq il-ġudizzju li għad irid jiġi. Feliċ beda jibża’, u qallu: “Għalissa mur; meta nkun nista’, nibgħat għalik.” laħaq flok Feliċ. Imma biex jogħġob lil-Lhud, Feliċ ħalla lil Pawlu fil-ħabs.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help