MATTEW 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9Ġesù jfejjaq wieħed mifluġ(Mk 2,1-12; Lq 5,17-26)

1U tala’ f’dgħajsa, qasam il-baħar u baqa’ sejjer fil-belt tiegħu.

2U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura.” l-Imgħallem tagħkom?”

12Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda.

13Mela morru tgħallmu x’jiġifieri, ‘Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju’; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.”Mistoqsija fuq is-sawm(Mk 2,18-22; Lq 5,33-39)

14Imbagħad resqu lejh id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”

15Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu.

16Ħadd ma jraqqa’ libsa qadima b’biċċa drapp ġdida, għax inkella r-roqgħa ssellet il-libsa, u t-tiċrita tikber.

17Anqas ma jqiegħdu l-inbid il-ġdid f’damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella d-damiġġani jinfaqgħu, l-inbid jixtered, u d-damiġġani jintilfu. Iżda nbid ġdid jitfgħuh f’damiġġani ġodda, u hekk iżommu t-tnejn.”

Ġesù jfejjaq mara u jqajjem tifla mill-mewt(Mk 5,21-43; Lq 8,40-56)

18Kif kien għadu jgħidilhom dan, resaq lejh wieħed mill-kapijiet, inxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix.”

23Meta daħal għand il-kap, Ġesù ra d-daqqaqa tal-flawt u folla nies jagħmlu storbju sħiħ;

24u qalilhom: “Warrbu, għax it-tifla m’hijiex mejta, imma rieqda.” U qabdu jiddieħku bih.Ġesù jħoss għan-nies

35Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu.Mt 4,23; 10,1; Mk 1,34-39.

36Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj.Num 27,17; 1 Slat 22,17; 2 Kron 18,16; Ġdt 11,19; Eżek 34,5; Żak 10,2; Mt 14,14; 15,32; Mk 6,34.

37Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit.Lq 10,2.

38Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help