LEVITIKU 19 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 19Preskrizzjonijiet reliġjużi u morali

1U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

2“Għid lill-ġemgħa kollha ta’ wlied Iżrael: Għandkom tkunu qaddisin, għax qaddis jien, il-Mulej Alla tagħkom.

3“Kull wieħed għandu jweġġaħ lil ommu u ’l missieru u jħares is-Sibtijiet tiegħi: Jiena l-Mulej Alla tagħkom.

4“La ddurux lejn l-allat foloz, u tagħmlux allat tal-metall imdewweb: Jiena l-Mulej Alla tagħkom.

5“Meta toffru s-sagrifiċċju tas-sliem lill-Mulej, qisu li toffruh b’mod li tkunu milqugħin tajjeb.

10“Ma għandekx taqta’ l-frott kollu tad-dwieli tiegħek, u la tlaqqatx li jaqa’ fl-art; ħallih għall-fqir u għall-barrani: Jiena l-Mulej Alla tagħkom.

11“La tisirqux, la tgħidux kliem b’ieħor, la tqarrqux b’xulxin.

12“La taħilfux b’ismi fil-gideb, lanqas ma għandek iżżeblaħ lil isem Alla tiegħek: Jiena l-Mulej.

13“La taħqarx lil għajrek, u lanqas tisirqu; il-ħlas tal-ħaddiem mikri ma jibqax għandek sa filgħodu.

14“La tisħetx lit-trux, u la tqegħidx tfixkil quddiem l-agħma; imma tibża’ minn Alla tiegħek: Jiena l-Mulej.

15“La tgħawwiġx fil-ħaqq li tagħmel; la tħarisx lejn wiċċ il-fqir; lanqas ma tweġġaħ lill-kbir għal wiċċu; imma tagħmel ħaqq mill-proxxmu tiegħek fis-sewwa.

16“Tmurx ixxerred qlajja’ fuq niesek, u tqumx kontra demm għajrek: Jiena l-Mulej.

17“La tbejjitx lil ħuk f’qalbek, imma lil għajrek wissih u erġa’ wissih, biex ma tkunx ħati tiegħu.

18“La titħallasx b’idejk, u la żżommx f’qalbek għal ulied niesek, imma ħobb lil għajrek bħalek innifsek: Jiena l-Mulej.

19“Ħares il-liġijiet tiegħi. Il-bhejjem tiegħek iżżewwiġhomx ma’ bhejjem ta’ ġens ieħor; l-għalqa tiegħek tiżragħhiex b’żerriegħa mħallta; u tilbisx ilbies b’ħajt imħallat.

20“Jekk raġel jimtedd ma’ mara lsira, imgħarrsa ma’ raġel ieħor, bla ma tkun mifdija jew meħlusa, ikkastigahom; iżda tagħtihomx il-mewt, billi l-mara ma tkunx ħielsa.

21Ir-raġel joffri sagrifiċċju lill-Mulej b’riparazzjoni quddiem il-bieb tat-tinda tal-laqgħa; iġib muntun b’riparazzjoni.

22U l-qassis jagħmel l-espjazzjoni bil-muntun tar-riparazzjoni quddiem il-Mulej għad-dnub li jkun għamel dak li jkun, u hekk jinħafirlu dnubu.

23“Meta tkunu dħaltu fl-art u ħawwiltu siġar ta’ kull xorta ta’ ikel, il-frott tagħhom ipprojbit għalikom, bħallikieku mhux maħtun, u jibqa’ pprojbit għalikom għal tliet snin, u ma tistgħux tieklu minnu.

28“Tqattgħux ġisimkom għall-mejjet, u anqas tpinġu tpinġija fuqkom: Jiena l-Mulej.

29“La tkasbarx lil bintek billi twaqqagħha fiż-żina, u hekk ma tiżnix artek u timtela bil-faħx.

30“Ħares is-Sibtijiet tiegħi, u agħti ġieħ lis-santwarju tiegħi: Jiena l-Mulej.

31“La tmurx għand is-saħħara li jsejħu l-erwieħ u la tfittxux lil min jeħber; la tiċċappsux bihom: Jiena l-Mulej Alla tagħkom.

32“Qum quddiem ix-xiħ, b’xagħru abjad, u agħtih qima u ibża’ minn Alla tiegħek: Jiena l-Mulej.

33“Jekk jiġi jgħammar miegħek f’artek il-barrani, la taħqrux.

“Jiena l-Mulej Alla tagħkom li ħriġtkom mill-art tal-Eġittu.

37Ħarsu l-liġijiet kollha u d-digrieti kollha tiegħi u qisu li tagħmluhom: Jiena l-Mulej.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help