SALMI 120 - Maltese Bible with DC

Salm 120Ilment kontra l-ilsna qarrieqa

1Għanja tat-Telgħat.

Fid-dwejjaq tiegħi l-Mulej sejjaħt;

u hu weġibni.

2Mulej, eħlisni mix-xufftejn giddieba u

mill-ilsna qarrieqa.

3X’se tieħu b’dan, u x’se jiswielek, ilsien qarrieq?

4Vleġeġ misnuna ta’ wieħed b’saħħtu,

u ġamar tal-ġummar.

5Imsejken jien, li ngħix barrani f’Mesek;

li ngħammar fl-għerejjex ta’ Kedar!

6Ili ngħix biżżejjed

ma’ dawk li jobogħdu s-sliem.

7Jien sliem irrid; imma malli nitkellem,

insibhom lesti għall-ġlied.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help