TOBIT Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-ktieb ta’ Tobit hu meqjus fost il-kotba tal-għerf minħabba l-kontenut tiegħu li jinġabar mill-istejjer patrijarkali tal-Ġenesi, il-liġijiet ta’ Mosè, u dettalji mill-kotba tas-Slaten u l-profeti. Il-Lhud u l-insara Protestanti ma jqisux dan il-ktieb bħala ispirat.Il-ġrajja prinċipali hi dwar żewġ familji Lhud eżiljati fost il-pagani imma li jibqgħu leali lejn it-tradizzjonijiet ta’ missirijiethom, minkejja kull xorta ta’ tbatija. Hawnhekk, l-awtur mhux magħruf idaħħal dik li tissejjaħ il-liġi tar-retribuzzjoni. Il-Providenza Divina tindaħal biex tpatti bil-ġid għall-provi li minnhom għaddew il-protagonisti tal-ktieb.L-Anġlu Rafel hu r-rappreżentant ta’ Alla li jidħol fil-qalba ta’ dawn iż-żewġ familji u jgħinhom fil-mumenti l-aktar delikati tal-istorja tagħhom. Jieħu d-dehra ta’ bniedem li jakkompanja lil Tobija matul il-vjaġġ tiegħu biex isib l-għarusa li kellha ssir martu, jeħles lil Sara mill-jasar tax-xitan; hu medjatur taż-żwieġ, u jipprovdi għall-fejqan ta’ Tobit. Meta kollox jgħaddi għall-aħjar, Rafel ma jidhirx aktar.L-importanza tal-ktieb mhix daqstant f’kemm l-awtur juża l-immaġinazzjoni tiegħu fid-deskrizzjoni tal-ħajja tal-protagonisti, daqskemm fil-messaġġ li jrid joħroġ. Alla ma jħalli lil ħadd ibati bla bżonn, anzi jinqeda b’din it-tbatija kkawżata minn sitwazzjonijiet realistiċi fil-ħajja ta’ kuljum, u jibdilhom f’mezzi ta’ tkabbir fil-fidi u t-tama. L-awtur jagħfas ħafna, b’mod sottili, l-importanza u l-qawwa tat-talb.Tobija qal “Oħti, qum, ħa nishru u nitolbu quddiem Sidna, li jagħmel ħniena magħna u jsalvana.” Sara qamet u bdew jitolbu bil-ħniena s-salvazzjoni u jgħidu: “Imbierek int, O Alla ta’ missirijietna, u mbrierek ismek għal dejjem ta’ dejjem. Iberkuk is-smewwiet u l-ħolqien kollu għal dejjem ta’ dejjem” (8,4-5).It-taqsim tal-ktiebTobit f’Ninwè u Sara f’Medja jbatu u jitolbu (1,1—3,15)It-talb tagħhom jinstama’ (3,16—11,18)Il-Mulej jibgħat lil Rafel bi tweġiba għat-talb tagħhom (3,16-17)Tobit jagħti pariri lil ibnu Tobija (4,1-21)Rafel jivvjaġġa ma’ Tobija lejn il-Medja (5,1—7,12)Tobija jiżżewweġ lil Sara (7,13—9,6)Rafel jerġa’ lura ma’ Tobija u Sara u jfejjaq lil Tobit (10,1—11,18)Rafel juri l-identità tiegħu (12,1-22)Tobit ifaħħar lil Alla u jkompli jagħti pariri lil Tobija (13,1—14,15)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help