1Fil-bidu tas-saltna ta’ Ġeħojakim bin Ġosija, sultan ta’ Ġuda, ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:
4“Għidilhom: ‘Dan jgħid il-Mulej: Jekk intom ma tisimgħux minni biex timxu fuq il-liġi tiegħi li tajtkom,
7Il-qassisin, il-profeti u l-poplu kollu semgħu lil Ġeremija jgħid dan il-kliem fit-tempju tal-Mulej.
8Malli Ġeremija temm jgħid kulma l-Mulej kien ordnalu jgħid lill-poplu kollu, il-qassisin u l-profeti u l-poplu kollu, qabduh u bdew jgħajtu: “Ħaqqu l-mewt.
9L-għala ħabbart f’isem il-Mulej u għedt li bħal Silo għad jiġrilu dan it-tempju, u li din il-belt għad issir ħerba bla nies?” U l-poplu kollu nġabar madwar Ġeremija fit-tempju tal-Mulej.
10Il-kapijiet ta’ Ġuda semgħu b’dan kollu, u telgħu mill-palazz tas-sultan fit-tempju tal-Mulej u ħadu posthom fid-daħla tal-bieb il-ġdid tat-tempju tal-Mulej.
11Il-qassisin u l-profeti kellmu lill-kapijiet u lill-poplu kollu, u qalulhom: “Dan ir-raġel ħaqqu l-mewt, għax ħabbar kontra din il-belt, kif smajtuh b’widnejkom intom stess.”
12Iżda Ġeremija qal lill-qassisin u lill-poplu kollu: “Il-Mulej bagħatni nħabbar kontra dan it-tempju u l-belt il-ħwejjeġ kollha li smajtu.
13Issa, mela, sewwu l-imġiba tagħkom u għemilkom, u agħtu widen għas-sejħa tal-Mulej, Alla tagħkom, u l-Mulej jindem mid-deni li qal kontra tagħkom.
16Imbagħad il-kapijiet u l-poplu kollu qalu lill-qassisin u l-profeti: “Dan ir-raġel ma ħaqqu xejn il-mewt għax hu kellimna f’isem il-Mulej Alla tagħna.”
17U qamu xi wħud mill-anzjani tal-pajjiż u kellmu lill-ġemgħa kollha tal-poplu u qalulhom:
18“Mika l-Morasti li kien ħabbar fi żmien Ħeżekija, sultan ta’ Ġuda, kien kellem lill-poplu kollu ta’ Ġuda u qalilhom: ‘Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti:
Sijon bħal għalqa għad tinħarat,
u borġ ġebel għad issir Ġerusalemm,
u l-għolja tat-tempju masġar għoli ssir.’
19“Forsi Ħeżekija, sultan ta’ Ġuda, u l-poplu qatgħuhielu għall-mewt? Forsi ma beżgħux mill-Mulej u talbuh il-ħniena tal-Mulej u l-Mulej nidem mill-ħsara li kien heddidhom biha? Imma aħna se nagħmlu d-dnub kbir bi ħsara għalina stess.”
20U kien hemm bniedem ieħor, li kien ħabbar f’isem il-Mulej, Urija bin Semajja minn Kirjat-jegħarim. U ħabbar kontra din il-belt u kontra din l-art bi kliem ta’ Ġeremija.
21U sama’ kliemu s-sultan Ġeħojakim, u l-qalbiena tiegħu, u l-prinċpijiet kollha, u s-sultan fittex li joqtlu, imma, malli Urija sama’, beża’, ħarab u mar jistkenn l-Eġittu.
22U s-sultan Ġeħojakim bagħat xi nies l-Eġittu, Elnatan bin Għakbor u oħrajn miegħu.
23U ħarġu lil Urija mill-Eġittu u ġibuh quddiem is-sultan Ġeħojakim. Dan qatlu bix-xabla u xeħet ’il ġismu mejjet fil-midfna ta’ wlied il-poplu.
24Iżda id Aħikam bin Safan, kienet ma’ Ġeremija biex ma jitilquhx f’idejn il-poplu u joqtluh.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.