RUMANI 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3

1Mela x’għandhom iktar il-Lhud, jew x’tiswielhom iċ-ċirkonċiżjoni?

2Ħafna u b’kull mod. Qabel xejn, għax lilhom kienu fdati l-orakli ta’ Alla.

u tirbaħ meta tkun iġġudikat.”

5Jekk l-inġustizzja tagħna sservi biex tidher il-ġustizzja ta’ Alla, x’għandna ngħidu? Forsi Alla hu inġust jekk jikkastigana? Qiegħed nitkellem ta’ bniedem li jien.

6Ma jkun qatt. Inkella kif jista’ Alla jagħmel ħaqq mid-dinja?

7Jekk il-verità ta’ Alla tidher aktar minħabba l-gidba tiegħi għall-glorja tiegħu stess, għaliex isir ħaqq minni bħala midneb?

8Għaliex ma ngħidux - bħalma ħafna jgħajruna u jgħidu li aħna qegħdin ngħidu: Ħa nagħmlu l-ħażin, ħalli joħroġ it-tajjeb? Dawn ħaqqhom il-kundanna.Ħadd ma hu ġust

9Xi ngħidu mela? Aħna l-Lhud aħjar mill-oħrajn? B’ebda mod. Ġa wrejna li sew il-Lhud sew il-Griegi huma lkoll taħt il-ħakma tad-dnub.

11 ħadd ma għandu moħħ biex jifhem;

ħadd ma hemm li jfittex lil Alla.

12 Ilkoll ħarġu minn triqathom;

lkoll kemm huma tħassru;

ħadd ma hemm li jagħmel is-sewwa;

m’hemm lanqas wieħed.

13 Ħalqhom bħal qabar miftuħ;

b’ilsienhom iqarrqu;

taħt xufftejhom hemm il-velenu tas-sriep.

14 Fommhom mimli saħtiet u mrar;

15 riġlejhom ħfief biex ixerrdu d-demm,

16 kull fejn imorru ma jħallux għajr ħerba u qerda;

17 it-triq tas-sliem ma jafuhiex;

18 quddiem għajnejhom biża’ ta’ Alla m’hemmx.”

19Nafu li kulma tgħid il-Liġi, tgħidu lil dawk li huma taħt il-Liġi, sabiex kulħadd jagħlaq ħalqu u d-dinja kollha tidher ħatja quddiem Alla.

20Għalhekk quddiem Alla ħadd ma hu ġġustifikat bl-opri tal-Liġi; għax il-Liġi sservi biex tgħarrafna d-dnub.Il-fidi u l-ġustifikazzjoni

21Issa l-ġustizzja ta’ Alla dehret mingħajr il-Liġi, għad li l-Liġi u l-profeti jixhdu għaliha. għall-maħfra tad-dnubiet għal dawk li jemmnu bih. U dan bis-saħħa ta’ demmu. B’hekk Alla issa juri l-ġustizzja tiegħu, waqt li fl-imgħoddi għalaq għajnejh għad-dnubiet li saru fi żmien li kien jistabar bihom..

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help