1U ssaħħaħ Salamun bin David fis-saltna tiegħu, u l-Mulej, Alla tiegħu, kien miegħu u kabbru bis-sħiħ.
2U Salamun kellem lil Iżrael kollu, u l-kmandanti tal-eluf, u tal-mijiet, u lill-imħallfin u lill-prinċpijiet ta’ Iżrael kollu, u l-kapijiet tal-familji ta’ missirijiethom.
3U marru Salamun u l-ġemgħa kollha miegħu lejn l-għolja li kien hemm f’Gibgħon, fejn kien hemm it-tinda tal-laqgħa ta’ Alla, li Mosè, il-qaddej tal-Mulej, kien għamel fid-deżert.
13U Salamun ġie lura Ġerusalemm, mill-għolja li kien hemm f’Gibgħon, minn quddiem it-tinda tal-laqgħa, u beda jsaltan fuq Iżrael.
14U Salamun ġabar karrijiet u rikkieba; u kellu elf u erba’ mitt karru u tnax-il elf rikkieb, u qassamhom fl-ibliet tal-karrijiet u f’Ġerusalemm madwar is-sultan. minn Musri u minn Kuwi; kienu jġibuhom in-neguzjanti tas-sultan minn Kuwi bil-prezz tas-suq.
17Kienu jitilgħu Musri u joħorġu karru bil-prezz ta’ sitt mitt xekel u żiemel b’mija u ħamsin. Hekk ukoll permezz ta’ dawn in-neguzjanti kienu jinbiegħu lis-slaten tal-Ħittin u lis-slaten ta’ Aram.
Tħejjija għall-bini tat-tempju18U Salamun qatagħha li jibni tempju lil isem il-Mulej, u palazz ta’ sultan għalih innifsu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.