1U Iżrael telaq b’kulma kellu u ġie Birsaba, u hemm offra sagrifiċċji lil Alla ta’ missieru Iżakk.
2U Alla kellem lil Iżrael f’dehra billejl u qallu: “Ġakobb, Ġakobb,” u hu wieġeb: “Hawn jien!”, li ġew l-Eġittu, Ġakobb u wliedu: Il-kbir ta’ Ġakobb, Ruben,Ulied Iżrael fl-Eġittu
28U Ġakobb bagħat lil Ġuda qablu għand Ġużeppi, biex jiltaqa’ miegħu f’Gosen; u huma ġew fl-art ta’ Gosen.
29U Ġużeppi rama l-karru tiegħu u mar jiltaqa’ ma’ Iżrael, missieru, f’Gosen. Malli deher quddiemu nxteħet fuq għonqu u baqa’ għal ħafna żmien mgħannaq miegħu u jibki.Ġen 45,15.
30U Iżrael qal lil Ġużeppi: “Ħa mmut issa li rajt ’il wiċċek, issa li naf li għadek ħaj.”
31U Ġużeppi qal lil ħutu u lid-dar ta’ missieru: “Ħa mmur u nagħti l-aħbar lill-Fargħun, u ngħidlu, ‘Ħuti u dar missieri, li kien fl-art ta’ Kangħan, ġew għandi.Ġen 45,16-18.
32Dawn in-nies huma rgħajja, għax huma nies tal-imrieħel, u ġiebu magħhom l-imrieħel u l-baqar tagħhom, u kulma għandhom.’
33U meta l-Fargħun isejħilkom u jistaqsikom x’tagħmlu,
34għidulu: ‘Nies tal-imrieħel il-qaddejja tiegħek minn ċkunitna s’issa, aħna u missirijietna,’ biex tibqgħu tgħammru fl-art ta’ Gosen, għax l-Eġizzjani jistmerru r-rgħajja kollha tal-imrieħel.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.