1Il-Mulej ħalaq il-bniedem mill-art,
u mill-ġdid reġġgħu lura lejha.
2Tahom żmien u jiem magħduda,
u tahom setgħa fuq kulma hawn fuq l-art.
3Libbishom b’saħħa tixbah lil tiegħu,
u għamilhom skont xbihatu.
4Nissel f’kull ħlejqa l-biża’ tagħhom,
u tahom is-setgħa fuq it-tajr u l-bhejjem.
5 Irċevew l-użu ta’ ħames ħidmiet tal-Mulej,
qassmilhom id-don tal-moħħ bħala s-sitt wieħed,
u bħala s-seba’ r-raġuni
għat-tifsir tal-ħidmiet tiegħu.
6Tahom ir-raġuni, l-ilsien u l-għajnejn,
u wkoll il-widnejn u moħħ biex jaħsbu.
7Tahom is-setgħa li jitgħallmu u jifhmu,
u wriehom x’inhu t-tajjeb u l-ħażin.
8Żamm għajnejh fuq qlubhom,
biex jurihom l-għemejjel tal-għaġeb tiegħu.
9 U tahom li jiftaħru bl-għeġubijiet għal dejjem tiegħu.
10U huma jfaħħru ismu l-qaddis,
u hekk ixandru l-għemejjel tal-għaġeb tiegħu.
11Qegħdilhom quddiemhom it-tagħlim,
u tahom b’sehemhom il-liġi tal-ħajja.
12Għamel magħhom patt għal dejjem,
u wriehom x’inhu l-ħaqq tiegħu.
13Raw b’għajnejhom il-kobor tal-glorja tiegħu,
u semgħu b’widnejhom il-leħen glorjuż tiegħu.
14U wissiehom: “Ħarsu rwieħkom minn kull ħażen.”
U lil kull wieħed tah kmandament dwar il-proxxmu tiegħu.L-Imħallef divin
15Triqathom huma dejjem quddiemu,
mhumiex moħbija minn għajnejh.
16 Minn ċkunithom triqathom jagħtu għall-ħażen
u m’għandhomx ħila qalbhom tal-ġebel jagħmluha tal-laħam.
17a Għax meta tqassmu l-ġnus ta’ kollha kemm hi l-art,
17b’l kull ġens qegħedlu prinċep fuqu,
imma Iżrael hu sehem il-Mulej;
18 billi kien l-iben il-kbir rabbieh fid-dixxiplina,
u tah b’sehmu dawl l-imħabba, u ma telqux.
19L-għemejjel kollha tagħhom huma bħax-xemx quddiemu,
u għajnejh huma l-ħin kollu fuq triqathom.
20Il-ħażen tagħhom ma jinħebiex minnu,
u dnubiethom kollha quddiem il-Mulej.
21 Il-Mulej hu qalbu tajba u jaf il-ħlejjaq tiegħu;
la telaqhom u lanqas ħalliehom, imma ħafrilhom.
22Il-karità li jagħti l-bniedem hi bħal siġill għall-Mulej;
Hu jgħożż il-ħniena tal-bniedem bħal ħabba tal-għajn.
23Wara dan iqum u jħallashom,
u jniżżel fuq rashom il-ħlas li ħaqqhom.
24Imma lil dawk li jindmu jħallihom jerġgħu lura,
u jsaħħaħ lil dawk li ma jkunux jifilħu jżommu aktar.Twissija għall-indiema
25Erġa’ lura lejn il-Mulej, u d-dnub ħallih warajk,
u warrab dak li jfixklek.
26Dur lura lejn l-Għoli, u warrab mill-ħażen,
u obgħod għall-aħħar dak li hu ta’ min jistmerru.
27Lill-Għoli min se jfaħħru f’Art l-Imwiet
minflok il-ħajjin li jroddulu ħajr?
28Għall-mejjet bħalkieku ma kien xejn, intemm radd il-ħajr;
min hu ħaj u f’sikktu jfaħħar il-Mulej.
29Kemm hi kbira l-ħniena tal-Mulej,
u l-maħfra tiegħu għal dawk li jerġgħu lura lejh!
30Il-bnedmin ma jistax ikollhom kollox,
għax bin il-bniedem ma jistax ma jmutx.
31Hemm xi ħaġa tiddi aktar mix-xemx?
Imqar din ukoll titgħajjeb.
Min hu tad-demm u l-laħam ħsiebu fil-ħażen.
32Il-Mulej jifli l-qawwiet tas-smewwiet fl-għoli,
u trab u rmied huma l-bnedmin.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.