1Malli David spiċċa jitkellem ma’ Sawl, qalb Ġonatan intrabtet ma’ qalb David, u Ġonatan ħabbu bħalu nnifsu.
8Dan deher ikrah f’għajnejn Sawl, u saħan bis-sħiħ: “Lil David tawh għaxriet l-eluf,” qal, “u lili tawni l-eluf; ma jonqoshomx jagħtuh ħlief is-saltna!”
9U minn dakinhar ’il quddiem beda jarah ikrah lil David.
10L-għada, spirtu ħażin mibgħut minn Alla ħakem lil Sawl li ntilef f’dagħdigħa f’daru. David kien qiegħed idoqq l-arpa bħas-soltu, u Sawl kellu f’idejh il-lanza..
17Sawl qal lil David: “Ara għandi ’l binti l-kbira Merab. Jien nagħtihielek b’martek, biss kun gwerrier qalbieni u ġġieled il-battalji tal-Mulej.” Għax Sawl qal bejnu u bejn ruħu: “Ma nerfax idi fuqu jien, iżda jerfgħuha l-Filistin.”
20Mikal, bint Sawl, kienet tħobb lil David. Sawl qalulu b’dan u din il-ħaġa għoġbitu. kienet tħobbu.
29U baża’ minn David aktar minn qabel, u sar għadu tiegħu għal ħajtu kollha.
30U l-kapijiet tal-Filistin baqgħu joħorġu għall-ġlied, u kull darba li kienu joħorġu David kien joħroġ u juri ħila aktar mill-qaddejja kollha ta’ Sawl, u ismu kien jissemma ma’ kullimkien.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.